Manchester City iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Raheem Sterling

  • Ott 21, 2019 00:45
  • Miktub minn iNews
"

    Manchester City huma preparati li joffru kuntratt ġdid lil Raheem Sterling.

    Wara li stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar players importanti għas-Citizens, Sterling ingħata kuntratt ġdid f’Novembru li għadda biex iżommu fl-Etihad Stadium, sal-2023.

    Madankollu, matul l-aħħar 11-il xahar, l-internazzjonali Ingliż kompla jimpressjona bil-konsegwenza li ġibed l-interess ta’ bosta clubs oħra madwar l-Ewropa.

    Jidher li issa  ċ-champions tal-Premier League huma lesti li jibdew taħdidiet ġodda mal-player ta’ 24 sena fit-tentattiv biex jikkonvinċuh biex jiffirma estensjoni fuq il-kuntratt attwali tiegħu.

    Is-City mhumiex interessati li jbiegħu lil Sterling sakemm ma jirċivux offerta ta’ €232 miljun.

    Dan il-player skorja seba’ goals f’disa’ partiti fil-kompetizzjonijiet kollha għal ġganti tal-Premier League s’issa dan l-istaġun.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0