[FILMAT] “Mhux se nkunu qed nittolleraw lil min ixewwex lill-immigranti” … “Il-liġi qiegħda hemm mhux għall-Maltin biss”

  • Ott 21, 2019 11:28
  • Miktub minn iNews
"

    “Se nkunu qed naraw li dawk l-immigranti li qabżu l-limitu, nidentifikawhom u jittieħdu l-passi kontra tagħhom.” Hekk qal il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, f’kumment li ta fuq it-televiżjoni b’referenza għar-rewwixti ta’ dan il-lejl fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

    Il-Ministru Farrugia saħaq li ma jiddejjaqx li jkun hemm protesti, sakemm dawn ikunu ta’ natura paċifika u ma jaqbżux il-limitu. Madankollu tenna li “meta l-protesti jaqbżu l-limiti allura se nkunu qed nieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn”.

    Huwa aċċenna li r-rewwixta jidher li nbdiet minn persuna fis-sakra li ppruvat tidħol tard bil-lejl kontra r-regolamenti fiċ-ċentru miftuħ. Jidher li wara li twaqqaf huwa beda jsejjaħ lil sħabu biex jassituh li min-naħa tagħhom, flimkien ma’ immigranti oħrajn ippruvaw jisforzaw biex dan il-persuna jiddaħħal.

    Tenna li sadanittant waslu fuq il-post il-Pulizija u għamlu xi arresti.

    Il-Ministru Farrugia saħaq li “mhux se nkunu qed nittolleraw lil min ixewwex lill-immigranti. Jista’ jkun hemm nies lokali u barranin li qed ixewxu lill-immigranti.”

    Tenna li pajjiżna jaċċetta persuni li jkunu fil-periklu, u anke mmorru oltrè dawk li huma r-responsabbiltajiet ta’ pajjiżna.

    Temm jgħid li “l-liġi qiegħda hemm mhux għall-Maltin biss. Qiegħda hemm ukoll għall-barranin u għal kull min naċċettaw f’pajjiżna.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1