€235.6m f'surplus matul l-2018 … Malta kienet it-tieni l-iktar pajjiż fl-UE li għamel surplus; id-dejn jinżel b'madwr €41m

  • Ott 21, 2019 14:38
  • Miktub minn iNews
"

    Matul is-sena li għaddiet il-Gvern irreġistra surplus ta' €236.6 miljun għalkemm dan kien ifisser tnaqqis ta' €149.7 miljun fuq dak tal-2017.

    Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru kif matul is-sena li għaddiet il-Gvern daħħal €4,764.2 miljun u ħareġ €4,528.6 miljun.

    Meta mqabbel mal-2017 dan kien ifisser li huwa daħħal €325.4 miljun aktar imma ħareġ €475.1 miljun iżjed.

    Is-surplus reġistrat fl-2018 kien ifisser li s-surplus kien ta' 1.9% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) jew 1.5% inqas mit-3.4% surplus reġistrat fl-2017

    L-istatistika turi wkoll li anke d-dejn tal-pajjiż naqas hekk kif minn €5,682.1 miljun fl-2017 dan niżel għal €5,641.1 miljun fl-2018.

    Dan kien ifisser li minn dejn ta' 50.3% tal-PGD, id-dejn ta' Malta niżel għal 45.8% tal-istess PGD.

    Meta l-istatistika ta' Malta titqabbel ma' dik tal-pajjiżi fl-UE jirriżulta li Mlata kellha t-tieni l-ikbar ammont ta' surplus għall-2017.

    Il-Ġermanja wkoll għamlet surplus ta' 1.9% u kienet biss il-Lussemburgu li irreġistrat surplus akbar minn ta' pajjiżna li laħaq it-2.7%.

    Ir-Rumanija, Ċipru, Franza, Spanja, l-Ungerija, ir-Renju Unit, l-Italja, is-Slovakkja, il-Finlandja, il-Latvja u l-Belġju irreġistraw defiċit matul l-2018.

    Mil-lat tad-dejn, Malta kellha l-10 inqas rata meta mqabbla mat-28 pajjiż membru bl-Estonja tkun l-aħjar waħda f'dan ir-rigward hekk kif id-dejn tagħha huwa ta' 8.4% tal-PGD.

    Minbarra l-Estonja l-pajjiżi b'rata ta' dejn inqas minn ta' Malta kienu l-Lussemburgu, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Latvja u l-Iżvezja.

    Il-Greċja kellha l-ogħla rata ta' dejn b'181.2% tal-PGD segwita mill-Italja u l-Portugall b'134.8% u 122.2%.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0