Josef Bugeja: “Nagħmlu postijiet tax-xogħol komdi biex jattendi kulħadd”

  • Ott 21, 2019 15:05
  • Miktub minn iNews
"

    “Fejn qabel kont naħseb li l-artrite tolqot lill-anzjani, illum il-ġurnata għandi għarfien aktar wiesgħa dwar din il-kundizzjoni. Proprju għalhekk nemmen li flimkien bħala diżabbiltà, għandna fejn nikbru. Hemm bżonn li l-postijiet tax-xogħol nagħmluhom komdi biex jattendi kulħadd u ma jkunx hemm distinzjoni bejn il-persuni ħalli żgur nilqgħu lil kulħadd. Nemmen li kulħadd jista’ jikkontribwixxi kemm għalih innifsu, kif ukoll għall-ġid tal-pajjiz kollu.” Sostna dan Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) waqt il-Konferenza Nazzjonali tal-Artrite li saret aktar kmieni llum fil-Parlament.

    Bugeja qal li l-GWU dejjem saħqet fuq ix-xogħol atipiku u li hemm għad ħafna x’jista’ jsir. Is-Segretarju Ġenerali ta’ din il-Union qal li din il-konferenza tagħti l-opportunità biex jaħdmu flimkien ħalli anke fil-ftehim kollettiv jibdew jiddaħħlu klawsoli bil-għan li jinqeda kulħadd. Huwa jemmen li għandhom jitressqu proposti tal-kriterji bħala marda u titwassal informazzjoni biex verament ngħinu lil dawn il-persuni.

    Huwa temm jgħid li dawn is-60,000 persuna bil-kundizzjoni tal-artrite jagħmlu sforz enormi biex jagħtu l-kontribut tagħhom fuq il-post tax-xogħol u verament għandhom xewqa akbar biex jaħdmu.

    Joe Farrugia, Direttur Ġenerali tal-Malta Employers’ Association (MEA) qabel li hemm bżonn ta’ aktar għarfien dwar il-problemi li jiffaċċjaw persuni li jbatu bir-rewmatiżmu. Huwa qal li ssemmiet ħafna l-flessibbiltà u li aktar ma jkun hemm talbiet, aktar ikun hemm pressjoni. Id-Direttur Ġenerali tal-MEA qal li minħabba li din il-kundizzjoni għandha madwar 200 varjazzjoni, hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet individwali. “Is-sitwazzjoni mhix faċli. Żgur hemm bżonn ta’ aktar djalogu mal-assoċjazzjonijiet u nemmnu li l-inkluzjoni hija importanti u għal kulħadd,” temm Farrugia.

    L-Assistent Direttur tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), Gian Paul Gauci, qal li l-artrite hija kundizzjoni li ma tistax taraha u tajjeb li nibdew noffru l-flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol. Gauci qal li s-sistema tal-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa hija antikwata u li hemm bżonn li nibdew niddiskutu x-xogħol mid-dar, naraw kemm jaħdmu u nagħtuhom il-paga neċessarja. 

    Fl-intervent tiegħu Oliver Scicluna, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà qal li din il-kundizzjoni tista’ taffettwak ftit jew inkella tista’ taffettwak ħafna u li ma’ kull dritt li jingħata hemm ir-responsabbiltà li treġġa’ lura. Olivia Farrugia, Kap tad-Diviżjoni għas-Servizzi ta’ Impjieg Inklussiv tal-JobPlus qalet li din hija diżabbiltà li ma tidhirx u li hemm persuni li ma jmorrux il-JobPlus biex jgħinuhom isibu xogħol. Il-JobPlus tagħmel assessjar ta’ kif persuna tiffunzjona u Farrugia rrakkomandat biex dawk li jirrappreżentaw lil dawn il-persuni, jissuġġerulhom imorru għandhom għax persuna tista’ tibbenifika minn għadd ta’ benefiċċji. 

    Fl-istess konferenza l-erba’ Membri Parlamentari Ewropej Miriam Dalli, Roberta Metsola, Alfred Sant tkellmu dwar il-ħidma fuq livell Ewropew dwar il-kura għall-pazjenti bl-artrite u problemi relatati mar-rewmatiżmu.

    Miriam Dalli qalet li dawn il-persuni jkollhom biża’ kbira u jidħlu fi stat ta’ konfużjoni speċjalment meta tolqot f’etajiet żgħar. Hija qalet li bit-tagħrif u l-kura, il-kundizzjoni tal-pazjenti tkun aħjar. “Studji juru li jekk ikun hemm intervent kmieni, hemm aktar ċans ta’ fejqan u huwa d-dritt ta’ kull persuna li jkun impjegat, irrelevanti mill-kundizzjoni li jbati minnha. Dalli temmen li kampaniji bħal ‘Time2Wwork’ huma importanti ħafna għax jgħinu biex jiżdied l-għarfien għal kura bikrija u informazzjoni meħtieġa.

    Roberta Metsola qalet li l-artrite tnaqqas il-mobilità tal-pazjenti li fil-maġġoranza tagħhom huma anzjani. Filwaqt li qalet li din mhix biss sfida soċjali, iżda wkoll waħda industrijali, hija saħqet li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tiffinanzja studji u riċerki dwar il-kundizzjoni, iżda għad hemm ħafna xi jsir. 

    Alfred Sant min-naħa tiegħu ried ifakkar lil dawk li qegħdin ibatu b’din il-kundizzjoni li mhumiex waħedhom. Huwa qal li, “din il-kundizzjoni tillimitahom fil-ħajja u fid-dinja tax-xogħol għalhekk importanti li jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa b’xejn, professjonisti speċjalizzati u li jkun hemm fondi għal aktar riċerka. Dan iwassal għal ħajja aħjar u ġid ekonomiku u għandna naħdmu flimkien biex nagħmlu l-ħajjiet ta’ dawn il-pazjenti aħjar”.

    “Importanti li l-Unjoni Ewropea jkollha politika li tiffokata aktar fuq din l-isfida. Niffokaw fuq ir-riċerka u innovazzjoni għal strateġija li tagħti għajnuna u ttaffi l-uġigħ għax il-pazjenti jbatu fis-skiet u fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom.” Saħaq dan Alex Agius Saliba fejn żied jgħid li dawk li jħaddmu u l-persuni kollha li jkollhom kuntatt ma’ dawn il-pazjenti, għandu jkollhom aktar għarfien. Huwa qal li fuq bażi Ewropea, għandha ssir strateġija qawwija, jitwassal għarfien u jingħataw fondi għall-artrite u mard relatat mar-rewmatiżmu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0