Maġistrat jinsisti fuq ħabs għal min ikun vjolenti

  • Ott 21, 2019 15:16
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Maġistrat Joseph Mifsud iddikjara li bħala regola ġenerali min juża l-vjolenza fiżika għandu jiġi ikkundannat b'piena ta' ħabs effettiva.

    Huwa rrimarka dan hekk kif ikkundanna raġel ta' 36 sena għal seba' snin u xahar ħabs fuq sensiela ta' serq minn fuq persuni imma l-iktar minn ġo karozzi.

    Bjorn Borg ammetta li minn Ta' Xbiex seraq baskett lil Maria Sultana, li minn Tas-Sliema ipprova jisraq lil Veronika Selimovic u Andrea Baldacchino kif ukoll li fiż-żewġ każijiet weġġa ħafif lit-tliet persuni u li seraq Toyota Belta b'dannu għal Robert Refalo.

    Huwa ammetta lista ta' serq minn karozzi ipparkjati madwar il-pajjiż fosthom minn Toyota Belta b'dannu għal Lara-Maria Dimitrijevic, minn Suzuki Samurai b'dannu għal Caroline Sammut, minn Nissan Almera b'dannu għal Alistair John Higginson, minn Suzuki Swift b'dannu għal Theresa Fiott, minn Ford Fiesta b'dannu għal Roxanne Palla, minn VW Touran b'dannu għal Mark Schembri, minn Renault Trafic b'dannu għal Samuel Thomas Bray, minn Seat Ibiza b'dannu għal Andrea Galea Demarco, minn Suzuki Swift b'dannu għal Antonia Muscat, minn Mazda Demio b'dannu għal Fabio Ignazzitto, minn Opel Astra b'dannu għal Nikolai Galea, minn Toyota Vitz b'dannu għal Paul Scicluna, minn Mercedes Benz b'dannu għal Lorenzo Vanella u minn Volvo b'dannu għal Scott Andrew Kerr.

    Borg ammetta wkoll li minn ATM tal-BOV fil-Ħamrun ipprova jiġbed flus b'dannu għall-istess Ignazzitto u anke li ikkaġuna ħsara fl-imsemmija vetturi waqt li kien qed jisraq minnhom.

    Waqt li saħaq li min jikkommetti vjolenza fiżika għandu jeħel il-ħabs, il-Maġistrat Mifsud irrimarka li mhux aċċettabbli li jkollna persuni li jgħaddu mill-esperjenza li għaddew minnha l-vittmi f'dan il-każ.

    “It-toroq tagħna għandhom ikunu ħielsa minn kull periklu aktar u aktar minn vjolenza fuq persuni 'law abiding citizens' li kull ma jkunu jridu hu li wara li jagħmlu dak li jkunu ippjanaw imorru lura d-dar qawwijin u sħaħ u mhux trawmatizzati”, żied jgħid l-imsemmi maġistrat.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit waqt li l-Avukat Martha Mifsud dehret għal Borg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0