Il-GWU titlob għal aktar sigurtà għall-ħaddiema tal-AWAS

  • Ott 21, 2019 16:46
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union, b’reazzjoni għal dak li ġara lbieraħ, mill-ġdid talbet biex l-awtoritajiet tal-AWAS jipprovdu s-sigurtà kollha meħtieġa lill-ħaddiema li jagħtu s-servizz tagħhom mar-residenti. Din il-pożizzjoni il-Union se tgħamilha b’mod mill-aktar ċar għada waqt laqgħa fil-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali. 

    Matul is-snin diġà kien hemm stwazzjonijiet fejn il-ħaddiema kellhom jiffaċċjaw ċirkostanzi li mhumiex fil-kontroll tagħhom. Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin stqarr li trid tissaħħaħ is-sigurtà u protezzjoni għal ħaddiema tal-AWAS meta jkunu qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom. 

    Bondin saħaq li wara l-irvellijiet li seħħew l-Ħadd, il-Union diġà għamlet komunikazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli u talbet biex tiżdied is-sigurtà għall-ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-AWAS. Tenna li fiċ-ċirkostanzi li seħħew it-tisħiħ tas-sigurtà għandu jkun b’mod immedjat. Fin-nuqqas ta’ dan il-Union hija lesta li skont il-liġi tieħu dawk il-miżuri meħtieġa biex tħares l-interessi tal-ħaddiema involuti. Il-GWU talbet ukoll biex l-awtoritajiet jikkumpensaw lill-ħaddiema għall-ħsarat li soffrew fil-vetturi tagħhom waqt l-irvellijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0