Imħabbar proġett infrastrutturali għat-trattament aħjar tal-iskart … B’investiment ta’ €21.6m, ser tinbena faċilità ġdida f'Ħal-Far

  • Ott 21, 2019 17:57
  • Miktub minn iNews
"

    Iktar kmieni illum, il-kumpanija Wasteserv ħabbret li ser jibda x-xogħol fuq faċilita ġdida ġewwa Ħal Far, li għandha l-għan li ttejjeb l-immaniġġjar tal-iskart mhix riċiklabbli u profitabbli, qabel ma jiġi esportat jew mirmugħ.

    F’kumment mal-Orizzont, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima Jose Herrera, saħaq li l-art magħżula għal dan il-proġett, li għandha daqs ta’ madwar 5000 metru kwadru, “kienet art imtelaq għal kollox u abbandunata, li sejra tiġi rriġenerata għal skop verament bżonnjuż għal pajjiżna.”

    Herrera spjega kif din il-faċilita sejra tibda taħżen skart ta’ diversi tipi, foshtom injam, saqqijiet, prodotti tal-ġipsum, ġablo u ħġieġ. “Dan il-materjal imbagħad jiġi separat u maħżun b’mod professjonali, bil-għan li jew jiġi esportat bi qliegħ, jew inkella jintuża minn intrapriżi lokali għal proġetti li jiffurmaw parti mill-ekonomija ċirkolari.” 

    Il-Ministru tal-Ambjent elenka n-numru ta’ proġetti l-oħra li għaddejjin bħalissa, fosthom il-ħidma fuq l-inċineratur (waste-to-energy plant) ġewwa l-Magħtab, kif ukoll skema għall-ġbir tal-fliexken tal-plastik u tal-ħġieġ, kif ukoll l-immodernizzar tas-separazzjoni u l-użu tal-iskart organiku.

    “Dawn il-proġetti kollha qegħdin jgħinuna biex lill-iskart nittratawh bħala riżors, kunċett li rridu ndaħħlu fi ħdan l-imħuħ u l-mentalita tal-poplu Malti, bil-għan li nkunu nistgħu nagħmluq qabża kbira bil-mod kif aħna nisseparaw l-iskart.”

    Ic-Chairman tal-Wasteserve, David Borg, saħaq li dan il-proġett  sejjer jgħin lil pajjiżna jilħaq mal-miri Ewropej fuq l-immaniġġjar u l-esportazzjoni tal-iskart. “Proġett bħal dan huwa ta’ għajnuna kbira għalina biex nilħqu dawn id-direttivi Ewropej.”

    “Dan il-proġett ta’ €21.6 miljun huwa ħolqa oħra fil-katina operata mill-kumpanija WasteServe, fejn tidħol l-immaniġġjar effettiv u differenti tal-iskart f’Malta. Nistennew li dan il-bini jitlesta fi żmien sentejn, u li sal-2029, dan il-proġett ser ikun qiegħed jaħżen mal-20,000 tunnellata skart differenti.”

    Il-Ministru għall-Ugwaljanza u l-Affarijiet Ewropej, Edward Zammit Lewis, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Imsieħba Soċjali u l-Fondi Ewropej Aaron  Farrugia, saħqu kif dan il-proġett huwa biss wieħed minn numru ta’ proġetti li juru b’mod ċar l-istrateġija multi-laterali li għandu dan il-Gvern fuq l-iskart.”

    Huma saħqu kif dan il-proġett sejjer jibbenefika minn €17-il miljun minn Fondi Ewropej, u saħqu kif proġetti bħal dawn hija turija tal-importanza tal-kwistjoni dwar l-imaniġġjar tal-iskart f’Malta. “Irridu li din l-importanza tibqa fuq nett fl-aġenda Ewropeja meta niġu biex niddiskutu l-pakkett finanzjarju mogħti mill-Unjoni Ewropeja għas-snin 2021-2027.”

    “Anke fl-ambitu tal-Unjoni Ewropeja, għandek il-President tal-Kummissjoni Ewropeja l-ġdid tisħaq fuq il-bżonn ta’ Green Deal, u nemmnu li dan il-proġett, kif ukoll il-bqija tax-xogħol li qiegħed isir minn dan il-Gvern fuq dan il-lat, huwa turija tal-viżjoni u l-istrateġija li għandu dan il-Gvern.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0