Mill-inqas 55 iljunfant imutu bil-ġuħ u bil-għatx f'park nazzjonali fiz-Zimbabwe wara nixfa kbira

  • Ott 21, 2019 18:00
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas 55 iljunfant mietu bil-ġuħ u bil-għatx f’dawn l-aħħar xahrejn fil-Park Nazzjonali Hwange fiz-Zimbabwe. Dan wara li kienet irreġistrata nixfa kbira.

    “Is-sitwazzjoni hija waħda prekarja,” saħaq Tinashe Farawo, kelliemi għal Zimparks. “L-iljunfanti qed imutu bil-ġuħ u din hija problema kbira.”

    Terz tal-popolazzjoni tal-iljunfanti fil-park huma rapportati li jeħtieġu l-ikel.

    Uħud mill-iljunfanti huma saħansitra rapportati li mietu mal-50 metru biss ’il bogħod minn għadajjar tal-ilma, sitwazzjoni li tindika li kienu vvjaġġaw distanzi twal u mietu ftit biss qabel laħquhom.

    Farawo żied jgħid li l-iljunfanti kkawżaw qerda kbira tal-veġetazzjoni fil-park. Tenna li l-park jipprovdi ikel għal madwar 15,000 iljunfant, madankollu attwalment jilqa’ fih aktar minn 50,000 eżemplari.

    Zimparks – li ma jirċievi l-ebda appoġġ finanzjarju mill-Gvern tal-pajjiż – kien qed jipprova jħaffer bjar għall-ilma, madankollu minħabba nuqqas ta’ fondi dan it-tħaffir tal-bjar ma setax ikompli, temm jgħid Farawo.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0