Mara mixlija b'serq f'Malta fost l-iktar imfittxija fl-Ewropa

  • Ott 21, 2019 18:11
  • Miktub minn iNews
"

    Fost l-iktar 10 nisa mfittxija mill-Europol hemm waħda li tinsab mixlija fil-Qrati ta' Malti b'involviment f'diversi serqiet f'pajjiżna.

    Il-mara jisimha Adilet Shakirgazieva, għandha 31 sena u ġejja mill-Kyrgyztan.

    Hija kienet arrestata flimkien ma' erbat irġiel oħra, ilkoll barranin, f'Settembru 2015.

    Il-ħamsa li huma tressqu flimkien fil-Qorti fejn kienu mixlijin b'serq ta' deheb u flus minn appartamenti f'Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, San Pawl il-Baħar u l-Pieta.

    Shakirgazieva ngħatat il-ħelsien mill-arrest f'Mejju 2017 u f'Ġunju tal-istess sena naqset li tattendi għas-seduta tal-Qorti.

    Hija baqgħet ma nstabitx f'pajjiżna u konvinta li ħarbet il-Pulizija Maltija talbet l-għajnuna tal-Europol li tiġbor fi ħdanha l-Pulizija tal-Ewropa.

    Fis-sit tal-istess Europol Shakirgzieva hija mniżżla bħala waħda mill-10 nisa l-iktar imfittxijin.

    L-erbgħa l-oħra li ġew akkużati magħha bis-serq kienu Kartios Dolaberidze ta' 45 sena u Mate Oniani ta' 29 sena mill-Ġorġja, Krzysztof Tadeusz Latocha ta' 34 sena mill-Polonja u Algirdas Sliogeris ta' 53 sena mil-Litwanja.

    Il-Pulizija Maltija temmen li huma kienu jiffurmaw parti minn grupp ta' kriminalita internazzjonali li kien idur id-djar biex jisraq minhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0