Lee Satariano u l-Jott Artie III fuq quddiem

  • Ott 21, 2019 18:36
  • Miktub minn iNews
"

    Jekk l-ewwel 24 siegħa, tal-40 Edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, kienu frustranti għall-biċċa l-kbira tal-flotta, l-24 li ġejjin qed jidru li ser jkomplu jgħatu sfida iebsa lil flotta.

    L-uniku jott li rnexxilu joħroġ minn nuqqas ta’riħ kien il-maxi jott Amerikan Rambler, li qabez il-ġżira ta’ Lampedusa, il-bqija tal-flotta qeda tipprepara ruħa għall-lejl ieħor kwiet bi ftit progress irreġistrat.

    Il-Jott ta’ Lee Satariano JV42 Artie III jkompli jmexxi il-flotta Maltija. B’ekwipaġġ t’esperjenza kbira, fosthom Christian Ripard, il-jott jinsab 30 mil nawtiku il-bogħod mill-bqija tal-flotta Maltija. Dan id-distakk izda ma kienx faċli biex jinkiseb, u Satariano fadallu 340 mil nawtiku sa kemm jispiċċa it-tellieqa. Huwa mbassar li żieda fir-riħ fis-siegħat li ġejjin għandhom jgħinu lil Artie III biex iżid  il-veloċita.

    Wara korrezzjoni tal-ħin bis-sistema tal-IRC, tlett jottijiet Maltin jinsabu fl-ewwel għaxra.  Artie jinstab fis-sitt post, il-familja Podesta fuq il-jott Elusive 2 qedin fid-disa post filwaqt li Xpresso ta’ Sean Borg jinstab fl-għaxar post.

    Fil-klassi  IRC 6, għadejja battalja bejn iż-żewġ jottijiet identiċi tal-Jarhead Young Sailors’ Foundation, il J//109 – JYS Jarhead, misjuq minn Andrea Azzopardi u il-jott JYS Jan misjuq minn Gabriella Mifsud. Fost l-ewkipaġġ, li hu mgħamul minn nisa biss hemm Nikki Henderson, li kienet l-iżgħar captan li mexxa tim fil-Clipper Round the World Race.

    Gabriella Mifsud, Kaptan tal- JYS Jan spejgat il-battalja li hemm ma JYS Jarhead. “Ilna quddiem Jarhead mill-bidu tat-tellieqa, iżda x’ħin avviċinanja l-istrett ta’ Messina, Jarhead għaddewna. Minkejja dan, ma ċedejnix u ħriġna mill-istrett qabilhom.  Id-distakk bejnietna hu ta inqas minn mil-nawtiku, il-battalja tkompli!”  

    Fl- IRC 4, Gregory Mifsud, ħu Gabriella, qed jikkompeti fuq il-jott ta’ Jonathan Gambin, Ton Ton Laferla Insurance. Din hi il-ħdax il-tellieqa ta’ Gambin, u għalkemm Gregory għad għandu 21 sena, ilu jikkompeti f’din it-tellieqa mindu kellu ħmistax is-sena, ħlief għal-sena waħda. “Bħalissa sejrin tajjeb u għaddejin b’pass magħġġel hekk kif għaddejn minn ħdejn Stromboli.  Kellna inbiddlu il-qluħ ħafna drabi u dak iżda xorti qed naħdmu b’pass effiċjenti”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0