€30,000 għal familja li mhux tgawdi proprjetà tagħha

  • Ott 21, 2019 18:47
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef ordna lill-Avukat Ġenerali biex jagħti kumpens ta' €30,000 lil armla u ż-żewġt itfal tagħha wara li ikkonkluda li proprjetà li għandhom tinsab mikrija lil ħaddieħor bi prezz iktar baxx milli huwa ġust.

    Georgina Grima u wliedha Doreen u Joseph fetħu l-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Avukat Ġeneralu u l-koppja Carmelo u Anne Borg.

    Huma spjegaw lill-Imħallef Lawrence Mintoff kif fl-1963 Philip Grima, li kien ir-raġel ta' Georgina u missier Doreen u Joseph, ta lil Carmelo Borg mezzanin f'Birkirkara b'ċens ta' Lm32 fis-sena.

    Il-konċessjoni enfitewtika temporanja għalqet fl-1980 imma l-koppja Borg baqgħet tgħix fil-post taħt titolu ta' kera doppja u llum tħallas €203 fis-sena.

    Il-familja Grima lmentat li huma mhux igawdu l-proprjetà li hija tagħhom anke għax il-ħlas li qed jingħataw ma jirriflettix il-valur tal-post.

    Kien għalhekk li talbu lill-imsemmi mħallef biex jiddikjara li kellhom id-drittijiet tagħhom miksura kemm skont il-liġijiet ta' Malta kif ukoll tal-Konvenzjoni Ewropea.

    Wara li sema' wkoll x'kellhom xi jgħidu l-Avukat Ġenerali u l-koppja Borg, l-Imħallef Mintoff ta raġun lill-familja Galea u ordna lill-istess Avukat Ġenerali jagħtihom kumpens ta' €30,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0