L-NCPE jevita li jiddiskuti ftehim kollettiv mal-GWU

  • Ott 21, 2019 16:17
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union tqisha bħala attitudni mhux aċċettabbli li wara aktar minn erba’ xhur l-awtoritajiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza qed jevitaw li jkomplu d-diskussjonijiet għall-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-istess kummissjoni. Għal din ir-raġuni l-GWU kellha tirreġistra tilwima industrijali mal-NCPE. 

    Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin saħaq li d-diskussjonijiet bejn ż-żewġ naħat dwar ftehim kollettiv ġdid qatt ma tkomplew wara l-ewwel laqgħa ta’ introduzzjoni li saret f’Ġunju li għadda: “Wara dik il-laqgħa l-awtoritajiet tal-NCPE kellhom jipprovdu lil GWU bi tfassila ta’ ftehim kollettiv li permezz tiegħu l-istess Union setgħet tipprovdi l-proposti tagħha. Sal-lum minkejja kull tentattiv it-tfassila tal-ftehim kollettiv qatt ma’ wasslet għand il-GWU.”

    Bondin stqarr li nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru kellha ssir t-tieni laqgħa bejn iż-żewġ naħat, iżda tħassret sitt sigħat qabel il-ħin previst minħabba li allegatament persuni li kellhom jieħdu sehem fid-diskussjonijiet fuq in-naħa tal-NCPE kienu indisposti. Is-Segretarju tat-taqsima qal li l-awtoritajiet tal-NCPE jidhru li ma għandhom l-ebda interess li jiddiskutu ftehim kollettiv ġdid. Tenna li f’każ li s-sitwazzjoni tkompli tippersisti l-GWU mhux se jkollha triq oħra ħlief li tieħu dawk l-azzjonijiet meħtieġa biex tħares l-interess tal-imsieħba tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0