Kampjonat Premier: Hamrun Spartans fit-tieni post

  • Ott 21, 2019 22:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Hiberians.........1

    Hamrun S. .......2

    Wara t-telfa ta’ 2-0 kontra Mosta, b’wirja mill-aktar konvinċenti, Ham­run Spartans irritornaw għar-rebħ meta huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk telgħu fit-tieni post tal-klassifika ... tliet punti taħt il-leaders Floriana.

    L-ewwel azzjoni denja ta’ nota  waslet fil-21 minuta minn Hamrun Spartans, meta Soufiane Lagzir venven xutt mid-distanza li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper Serb Marko Jovicic.

    Iżda ftit sekondi wara l-Ispartans fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun ġie kklerjat qasir mid-difiża ta’ Hibernians biex  wasal għand CLAYTON FAILLA li permezz ta’ cross-shot irnexxielu jixħet il-ballun fix-xibka biex skorja proprju kontra l-ex team tiegħu.

    U donnu huma ma kinux kuntenti b’dan il-goal vantaġġ hekk kif minuta biss wara Jorge Ailton Soares serva lil Soufiane Lagzir li dar ma’ difensur avversarju iżda għamel pass żejjed biex ippermetta lil Marko Jovicic joħroġ minn postu u jinterċetta kull periklu.

    Madankollu, it-tieni goal tagħhom  wasal man-nofs siegħa logħob meta JORGE AILTON SOARES fajjar xutt b’saħħtu mid-distanza bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel ma ntemm fix-xibka.

    Kien fis-36 minuta li Hibernians wieġbu għall-ewwel darba permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Terence Groothusen li ġie mdawwar f’corner b’ċerta abbiltá minn Manuel Bartolo.

    Huma komplew jippressaw u eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima naqqsu l-marġni tal-iskor  meta  Jake Grech ħalla l-ballun lil  DUNSTAN VELLA li permezz ta’ xutt angolat minn ġol-kaxxa, tefa’ l-ballun fix-xibka. 

    Fit-tieni taqsima, l-unika azzjoni denja ta’ nota was­let minn Hibernians fl-84 minuta meta Timmy Tabone Desira għadda tajjeb lejn Imanol Iriberri li mill-viċin ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-wieqfa.             

    HIBERNIANS.: 61-Marko Jovicic, 2-Timmy Tabone Desira, 3-Ferdinando Apap, 6-Marcio Leandro Barbosa Da Silveira, 8-Jake Grech (10-Myles Beerman 80), 9-Terrence Groothusen (32-Imanol Riberri 72), 11-Bjorn Kristensen (14-Charles Buaku Atsina 63), 12-Dunstan Vella, 18-Gabriel Izquier Artiles, 20-Andrei Agius, 23-Leo­nardo Nanni  - Coach: Stefano Sanderra

    HAMRUN S.: 26-Manuel Bartolo, 7-Triston Caruana, 9-Jorge Ailton Soares, 10-Wilfried Domoraud, 13-Clayton Failla, 17-Nicola Leone, 19-Soufiane Lagzir, 22-Marco Criaco, 30-Karl Micallef, 55-Orestis Nikolopoulos, 90-Mattia Cinquini -Coach: Manuele Blasi

    REFEREE: Emanuel Grech

    ASS. REFEREES:Roberto Vella, James Muscat

    RABA’ UFF: Philip Farrugia

    SKORERS:C. Failla 22, J. Ailton Soares 30 (HS), D. Vella 45 (H)

    AMMONITI:B. Kristensen , M. L. Barbosa, F. Apap, D. Vella (H), C. Failla, K. Micallef, N. Leone, M. Bartolo (HS)

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Soufiane Lagzir (HS)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0