Żewġ persuni jindarbu wara ħabta bejn żewġ vetturi f'Birkirkara

  • Ott 22, 2019 07:52
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ persuni ndarbu wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:20 p.m kienu involuti f’inċident stradali li seħħ fi Triq Dun Karm kantuniera ma’ Triq Tumas Fenech, Birkirkara.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Clio misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti BIrżebbuġa u Smart Fortwo misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Birkirkara.

    Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tat-tieni vettura u raġel ta’ 46 sena li kien riekeb miegħu lejn l-Isptar Mater Dei. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-ieħor ġarrab ġrieħi serji.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li ħatret divesri esperti biex jassistuha fl-Inkjesta.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0