Se ssir t-tielet edizzjoni tal-attività “Run for Mental Wellbeing”

  • Ott 22, 2019 09:05
  • Miktub minn iNews
"

    Ħtieġa ta’ kuxjenza akbar dwar is-saħħa mentali tat-tfal

    Is-saħħa mentali hija kwistjoni ta’ saħħa pubblika. L-identifikazzjoni u t-trattament bikri ta’ diżordnijiet mentali huma kruċjali fl-iżvilupp tat-tfal. Dan b’mod speċjali fl-ewwel snin tal-ħajja, meta ċerti kwistjonijiet ma jiġux dijanjostikati, u għalhekk mhux trattati, jistgħu jħallu effetti fit-tul fuq l-abbiltà ġenerali tat-tfal biex jilħqu l-potenzjal tagħhom tul il-ħajja.

    Is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ hija magħrufa bħala “il-marda kronika taż-żgħażagħ”. Il-ħames kawżi l-aktar komuni tal-imwiet fl-etajiet ta’ bejn 15 u 24 sena huma kollha relatati ma’ diżordnijiet mentali, apparti l-aċċidenti tat-traffiku fit-toroq. Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, l-isports huwa wieħed mill-ħames ingredjenti prinċipali biex jassiguraw li wieħed iħossu mentalment tajjeb.  L-isports huwa mezz effettiv biex wieħed jitratta l-ansjetà u dawk il-mumenti  meta jħossu mkisser. 

    Huwa għalhekk li  l-Association for Child and Adolescent Mental Health (ACAMH) qed twaħħad l-eżerċizzju fiżiku mas-saħħa mentali.  Dan qed tagħmlu billi flimkien ma’ Pembroke Athleta u Mental Health Malta, bl-appoġġ tal-kumpanija Eurosport u We Are Water, se torganizza t-tielet edizzjoni  tal-attività sportiva “Run for Mental Wellbeing”. Din se ssir nhar is-Sibt, 2 ta’ Novembru, mis-2.30p.m. ’il quddiem, fil-grawnds tal-Isptar Monte Carmeli. L-iskop ewlieni jibqa’ dak li titqajjem aktar kuxjenza fuq is-saħħa mentali tat-tfal, it-tkissir tal-istigma assoċjata magħha, kif ukoll biex jinġabru fondi biex jissokta t-taħriġ u l-edukazzjoni tal-professjonisti, fosthom permezz ta’ konferenzi fuq is-saħħa mentali.

    L-attività tinkludi ġirjiet ta’ 5 u 10 kilometri, kif ukoll mixja ta’ 5 kilometri, li jibdew  mill-Isptar Monte Carmeli fis-2.30p.m., fis-2.35 p.m. u fit-2.40p.m. rispettivament. Dawn se jkunu segwiti minn  ġirja għall-gost għat-tfal li tibda fit-3.30p.m. Goody bag, flimkien man-numru tat-tiġrija u tagħrif dettaljat dwar l-attività jistgħu jinġabru mill-istabbiliment Eurosport, Triq Psaila, Birkirkara, nhar it-Tlieta, 29 u l-Erbgħa, 30 ta’ Ottubru bejn l-4.30 u s-6.30p.m. Ma’ kull goody bag miġbura jingħata b’xejn t-shirt kkulurit Joluvi .

    Kulħadd mistieden u mħeġġeġ jingħaqad f’din l-attività mmirata għall-familja kollha biex b’hekk nagħmlu d-differenza għal dawk l-eluf li qegħdin ibatu minn mard mentali. Dawk li forsi qegħdin ibatu m’għandhomx jibżgħu ifittxu l-għajnuna, il-mard mentali mhuwiex sinjal ta’ dgħufija. 

    Kull min jixtieq jieħu sehem għandu japplikaw kmieni kemm jista’ jkun fuq is-sit eletroniku: www.pembrokeathleta.com.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0