[AĠĠORNATA] L-aħħar grupp iwieġbu mhux ħatja... għada mistennija jitressqu aktar immigranti

  • Ott 22, 2019 11:18
  • Miktub minn iNews
"

    4:40 p.m: L-aħħar grupp għal-lum huma seba’ immigranti mis-Sudan, mic-Chad u mir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali. L-età tagħhom tvarja bejn is-16-il sena u t-22 sena. Dan il-grupp ta' immigranti qiegħed ikun meqjus bħala ring leaders u qegħdin jaffaċċjaw l-aktar akkużi serji wara dak li ġara f'Ħal Far.

    Huma se jitressqu l-Qorti akkużati b’xejn anqas minn 18-il akkuża miġjuba kontrihom fosthom li fosthom li darbu tliet uffiċjali tal-pulizija, li ħadu sehem fir-rewwixta,li volontarjament taw in-nar lill-bini u vetturi oħra, li m’obdewx l-ordnijiet tal-puliżija, kisru l-paċi pubblika, waddbu ġebel u oġġetti oħra u li assoċjaw rwieħhom ma' persuni oħra bil-għan li jagħmlu delitt f'Malta li għalih hemm piena ta' priġunerija.

    L-akkużati wieġbu mhux ħatja u baqgħu jinżammu arrestati. Għada se jkomplu jitressqu aktar immigranti b'akkużi relatati mal-irvellijiet.

    4:15 p.m: Ir-raba' grupp ta' immigranti li tressaq il-Qorti llum kien dak ta' 25 immigrant li l-età tagħhom tvarja bejn is-17-il sena u l-40 sena. L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u b'hekk se jibqgħu jinżammu arrestati.

    3:00 p.m: It-tielet grupp jikkonsisti f'24 immigrant. Tnejn biss minn dawn iwieġbu ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom. It-22 l-oħra jibqgħu miżmumin arrestati.

    2:00 p.m: Jasal it-tielet grupp ta' immigranti. Intant fil-Qorti qegħdin jiġu akkużati t-tieni grupp ta' immigranti. 14-il immigrant ammettew l-akkużi, filwaqt li s-sitta l-oħra wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Il-Maġistrat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' dawk li wieġbu mhux ħatja u kkundannat lil dawk li wieġbu ħatja sentenza ta' sitt ġimgħat ħabs.

    1:30 p.m: Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke tressqu l-ewwel grupp ta' tliet immigranti li huma minorenni mis-Sudan, minorenni min-Niġerja u Abdalla Muhammad Abdalla mic-Chad. L-età tagħhom tvarja bejn is-17 u l-20 sena.
    Huma qed jiġu akkużati li nhar l-Ħadd li għaddha għall-ħabta tal-10:00p.m darbu lis-Surġent Noel Said u lill-Kuntistabbli Pierre Farrugia u Charlotte Casha li taħdem bħala sapport worker fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far.
    Huma qed jiġu akkużati wkoll li attakkaw jew għamlu reżistenza bi vjolenza kontra persuni inkarigati skont il-liġi mis-servizz pubbliku, li ferew ħafif lil Casha, li kisru l-mistrieħ tan-nies bl-istorbju, li kienu xurbana, li qalu kliem oxxen fil-pubbliku u li ma obdewx l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija.
    Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom u baqgħu jinżammu arrestati.

    It-tieni grupp ta' immigranti li jikkonsisti f'20 persuna se jitressqu akkużati b'żewġ akkużi. Huma qegħdin jiġu akkużati li:
    -Ma obdewx l-ordnijiet tal-awtoritajiet u
    -Li b'mod volontarju kisru l-paċi pubblika.

    L-età ta' dan il-grupp ta' immigranti tvarja bejn is-17-il sena u s-26 sena. Huma ta' nazzjonalitajiet diversi fosthom mill-Eritrea, mis-Somalja, mis-Senegal, mis-Sudan, mill-Guinea, mill-Gambja, mic-Chad, mil-Libja u min-Niġerja.

    1:00 p.m: Jasal il-Qorti t-tieni grupp ta' immigranti. Aktar immigranti mistennija jaslu u se jiġu mressqin b'akkużi relatati mal-irvellijiet f'Ħal Far.

    12:05 p.m: L-ewwel grupp ta' immigranti waslu l-Qorti. Jidher li huma se jkunu qegħdin jitressqu f'awla li normalment tintuża għall-ġurijiet minħabba l-ammont ta' akkużati.

    11:25 a.m: Inewsmalta se tkun qiegħda taġġorna dwar dak li se jkun qiegħed jiġri fil-Qorti hekk kif dalgħodu mistennija jitressqu persuni b'akkużi relatati ma' dak li seħħ fl-aħħar jiem f'Ħal Far.

    Intant uffiċjali tal-Pulizija jinsabu quddiem il-bini tal-Qorti jistennew il-wasla tal-immigranti.

    11:00 a.m: Il-Pulizija għadha kemm ikkonfermat li dalgħodu se tkun qiegħda tressaq diversi persuni b’akkużi relatati mal-irvellijiet li seħħew f’Ħal Far bejn il-lejl tal-20 ta’ Ottubru u l-21 ta’ Ottubru.

    Il-pulizija kkonfermat dan fi stqarrija maħruġa minnha fl-aħħar ħin. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0