Il-President u s-Sinjura Vella jieħdu sehem fiċ-ċerimonja tal-ħatra ta’ Imperatur ġdid fil-Ġappun

  • Ott 22, 2019 15:10
  • Miktub minn iNews
"

    Iktar kmieni llum, il-President George Vella u s-Sinjura Vella attendew għaċ-ċerimonja uffiċjali li fiha ngħata l-ħatra għat-tron l-Imperatur Ġappuniż ġdid Naruhito. 

    F’ċerimonja li saret fil-Palazz Imperjali f’Tokyo, il-President Vella u s-Sinjura Vella kienu fost il-mistednin distinti minn madwar id-dinja li awguraw l-isbaħ xewqat lill-imperatur il-ġdid għar-responsabbiltà ġdida li assuma f’din il-kariga. 

    Waqt iċ-ċerimonja, ftit wara li nħatar uffiċjalment bħala imperatur, Naruhito wiegħed li se jkompli jestendi l-id tal-ħbiberija u l-paċi lill-komunità internazzjonali.

    Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-President Vella esprima s-sodisfazzjon li kien preżenti għaċ-ċerimonja li saret b’ritwal strett u qal li kien impressjonat bil-perfezzjoni li ġiet organizzata biha ċ-ċerimonja skont it-tradizzjoni Ġappuniża. 

    Il-President Vella rrefera għad-diskors tal-imperatur li fih wera x-xewqa tiegħu li jkompli jara s-suċċess tal-poplu Ġappuniż u faħħar il-wegħda li għamel l-imperatur li se juża l-kapaċitajiet tiegħu biex ikompli jkabbar il-prosperità fost il-popli tad-dinja kollha. 

    Għaċ-ċerimonja attendew bosta kapijiet ta’ stat, membri tal-familji rjali, politiċi, ambaxxturi u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ewlenin minn madwar id-dinja kollha, fosthom mill-Ġnus Magħquda u l-Unjoni Ewropea.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0