Arrestat is-suspettat ewlieni tal-piraterija tax-xandiriet tal-football

  • Ott 22, 2019 14:46
  • Miktub minn iNews
"

    Wara aktar minn erba’ snin ta’ investigazzjoni, bdew joħorġu l-ewwel riżultati dwar il-każ ta’ piraterija televiżiva u l-prezzijiet orħos ta’ stazzjonijiet li jxandru logħob tal-football. Jidher li skont il-pulizija Taljana, hemm organizzazzjoni sħiħa kriminali li għandha għarfien kbir fid-dinja diġitali u li minnha kienu qed jaqilgħu miljuni kbar ta’ ewro.

    Fil-jiem li għaddew ġie arrestat ċertu Franco Maccarelli li l-pulizija Taljana qed jarawh bħala s-suspettat f’dan il-każ imlaqqam Pezzotto TV. Il-kwartieri ġenerali tal-pulizija, fil-belt ta’ Napoli, Ikkonfermaw ukoll li anke l-organizzazzjoni kriminali tal-Camorra hi mdaħħla f’dawn il-każijiet.

    Maccarelli kellu numru kbir ta’ persuni li kienu qed jikkollaboraw b’mod illegali sabiex joħolqu pjattaformi fejn wieħed seta’ jsegwi dawn il-logħbiet mill-kampjonati ewlenin Ewropej.

    L-istess Maccarelli huwa manager finanzjarju ma’ aġenzija rinomata f’Napli. Hu kien jinnegozja ma’ diversi persuni permezz ta’ telefonati fuq Skype li kienu jużaw laqmijiet varji bħal Miki, Matrix jew Megaloman. Maccarelli kien saħansitra jiġi ta’ spiss f’pajjiżna sabiex jieħu ħsieb imexxi n-negozju tal-IPTV jew aħjar l-Internet Protocol Television.

    Maccarelli ammetta mal-pulizija li kien qed ikollu numru ta’ telefonati ta’ theddida fuq Skype mill-grupp tal-Camorra msejjaħ Lo Russo.

    Sadanittant kelliem għall-kwartieri ġenerali tal-pulizija f’Napli ammettea li ma kienx faċli għalihom li jkissru dan iċ-ċirku ta’ piraterija minħabba l-kumplessitá tal-każ u anke għax dawn ir-reati kienu qed isiru fuq l-internet.

    Maccarelli ġie deskritt bħala ġenju fil-qasam tal-kommunikazzjoni diġitali kif ukoll bniedem li jaf jaqla’ lira tajba. Il-pulizija stmat li f’dawn l-aħħar snin huwa qala’ xejn inqas minn €6 miljun. Din l-investigazzjoni kompliet tintesifika ruħha meta l-pulizija raw il-kontijiet bankarji ta’ Maccarelli.

    Sadanittant aktar investigazzjonijiet f’dan ir-rigward għadhom għaddejjin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0