Avviż mid-Dwana f'każ li r-Renju Unit tħalli l-UE mingħajr ftehim

  • Ott 22, 2019 16:10
  • Miktub minn iNews
"

     

    Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali politika fir-Renju Unit, fejn mhux ċar jekk ir-Renju Unit hux se jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi jew mingħajr ftehim sal-aħħar ta’ Ottubru li ġej jew jekk hux se jkun hemm estensjoni oħra, id-Dipartiment tad-Dwana ċċirkola avviż sottomess lill-operaturi ekonomiċi u lill-pubbliku inġenerali. 

     

    Id-Dipartiment tad-Dwana qal li f’każ li r-Renju Unit jitlaq mill-UE mingħajr ftehim, jestendi l-proċeduri attwali tiegħu relatati ma’ merkanzija importata minn u esportata lejn pajjiżi mhux tal-UE, ukoll minn u lejn ir-Renju Unit.

     

    F’termini prattiċi, l-importazzjoni kollha minn u l-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit se jkunu koperti mill-fomalitajiet tad-Dwana. Dan ifisser li dawn il-kunsinni jridu jkunu koperti minn dikjarazzjoni tad-Dwana, fejn id-dazji kollha assoċjati u t-taxxi relevanti oħra bħal VAT u s-sisa għandhom jitħallsu qabel ma jirrilaxxaw il-merkanzija għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-UE.

     

    L-importazzjoni ta’ karozzi (ġodda jew użati) għandha tkun soġġetta għal 10% dazju u 18% VAT, waqt li konsenja ta’ ħwejjeġ tkun soġġetta għal 12% dazju u 18% VAT. Konsenja ta’ tajers tal-lasktu tkun soġġetta għal 4.5% dazju, 18% VAT u 70ċ għal kull kilogramma tas-sisa.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0