Rambler 88 jikseb il-5 Line Honours Konsekkuttiva

  • Ott 22, 2019 17:44
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif l-40 Edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race daħlet fir-raba ġurnata, ir-riħ li ġej minn nofshinar qed jilgħab parti determinanti fir-riżultati ta’ din it-tellieqa ta’ 606 mil nawtiku. 

    Dalgħodu, fit-8:13, il-Maxi American ta’ George David kien l-ewwel jott li spiċċa it-tellieqa. USA25555 jew kif inhu magħruf, Rambler 88, kiseb il-Line Honours tar-Rolex Middle Sea Race għal ħames sena konsekkutiva. Din qatt ma saret fl-istorja tat-tellieqa. 

    Il-bqija tal-flotta qeda tavviċina lil Lampedusa. Għall-madwar nofs il-jottijiet li telqu nhar is-Sibt, mill-Port il-Kbir, is-sitwazzjoni fit-tramuntana ta’ Sqallija qeda titjieb bil-mod, għalkemm ir-riħ għadu ħafif. 

    B’Rambler jispiċċa it-tellieqa, għad hemm jottijiet jikkompetu li għadhom jaspiraw għar-rebħa overall.

    Bir-riħ mistenni li jżid fl-24 siegħa li ġejjin, dawk li qedin jerħula lejn il-nofshinar tar-rotta, għadhom jkollom sfida iebsa, iżda malli jduru ma’ Lampedusa u jaqbdu ir-rotta lejn Malta, għandhom jkollhom ġirja tajba lejn il-Port ta’ Marsamxett. 

    Il-wasla ta’ Rambler, rat ċelebrazzjonijiet jseħħu fir-Royal Malta Yacht Club. Ċelebrazzjonijiet li kienu biex-xieraq minħabba il-kisba tal-Line Honour għal-ħames darbiet konsekkutiva mhux xi ħaġa komuni. Dan juri l-impenn u il-kapaċita li l-ekwipaġġ ta’ Rambler għandu, li jikkompeti b’suċċess f’kundizzjonijiet iebsin. 

    Ir-Rebħa ta’ Rambler tfisser ukoll il-possibilita li George David jirbaħ it-tellieqa fuq ħin korretta taħt is-sistema tal-IRC. Kif Rambler dar madwar il-majjistral tal-korsa, il-bqija tal-flotta kienet prattikament wieqfa. Kif Rambler dar ma Lampedusa, l-ebda monohull ma kien għadda minn ma Favignana. David ilu ma jirbaħ din it-tellieqa tnax il-sena. Fl-2007, bil-jott preċendenti Rambler, David kien rebaħ it-treble – Line Honours,  Rebħa Overall u stabilixxa ir-rekord.  

    “Din hija rebħa tal-Line Honours. Għadna ċans tar-rebħa overall, izda għad fadal il-fuq minn 90 jott fuq il-korsa. Nistennew.” spjega David. “Il-jottijiet li huma l-iktar viċini huma xi 180 mil warjna. Kollox jiddependi mit-temp.  Kien hemm diversi drabi meta rajna ir-riħ jitqawwa u b’hekk jgħin lid-dgħajjes iż-żgħar”. 

    Rambler ikkompletaw il-korsa ta’ 606 mil nawtiku f’ħin ta’ jumejn, dsatax il-siegħa u tlieta u erbgġin minuta. L-ekwipaġġ kien mgħamul minn - George David, Brad Butterworth, Andrea Visintini, Rodney Ardern, Will McCarthy, Dean Phipps, Stuart Wilson, Mark Newbrook, Jan Dekker, Brian Giorgio, Scott Beavis, Simon Daubney, Peter van Niekerk, Joca Signorini, Curtis Blewett, Antonio Cuervas Mons, Jerry Kirby, Anthony Nossiter.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0