“Għandu raġun il-Kap tal-Oppożizzjoni… dan baġit riċiklat” - Joseph Muscat

  • Ott 22, 2019 19:46
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat enfasizza li l-ġimgħa l-oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni qabad buzz word dik ta' baġit riċiklat. Imma din ma semmihiex aktar.

    Huwa wieġeb "Iva għandu raġun il-kap tal-Oppożizzjoni. Dan baġit riċiklat. Irriċiklajna it-tielet baġit bla taxxi. Irriċiklajna għax kull wieħed mill-baġits li għamilna ħallejna effett pożittiv. Ir-riċiklar hu li kull sena qed nagħtu aktar lill-poplu Malti. Dan li tajna hu sostenibbli għax qed nagħtu biċċa u nżommuha. Irriċiklajna is-surplus u dan qed isir għal ħames sena.”

    “638 kellhom person of trust… illum hemm 683 persuna u ġibna ferm aktar riżultati”

    Il-Prim Ministru rrefera għal fatt kif l-ispiża kapitali irduppjat minn €400 għal kważi €800 miljun. Irrefera għal kritika dwar il-persons of trust u qal li taħt il-gvern ta’ qabel kellhom 638 persuna u llum hemm 683 person of trust. 

    Hu rrimarka li llum ir-riżultat li nġabu huma ferm u ferm aħjar minn dawk preċedenti.

    Ritratt: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0