“B’dak li qal Delia l-problema tad-dejn tal-PN jsolviha billi jġib 1,000 ħaddiem minn barra” - Il-Prim Ministru Joseph Muscat

  • Ott 22, 2019 20:10
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellem dwar il-kritika tal-Oppożizzjoni li l-ekonomija qed tikber għax qed jinġabu l-ħaddiema barranin.  Joseph Muscat qal li “lil tal-ħwienet, skont dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, jekk ma tkunx sejjer tajjeb flok tipprova tirranġa kull m’għandek tagħmel hu li ddaħħal il-barranin miegħek. B’li qed  tgħid inti, allura biex issolvi d-dejn li għandek fid-Dar Ċentrali daħħal elf ruħ jaħdmu miegħek. Qisu issa bdew ġejjin il-barranin. Fl-aħħar żewġ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti l-barranin żdiedu minn 3,800 għal 15,000 persuna. Dakinhar imma flok splodiet l-ekonomija, din bdiet miexja bi tlikki tlikki.”

    Mhux minnu li l-barranin qed jagħmlu xogħol ta’ ċekċik… 18% biss jagħmlu xogħol elementari

    Joseph Muscat irrefera għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia meta qal li l-ħaddiema barranin qed jagħmlu xogħol elementali, u tal li "Adrian Delia qal li l-barranin qed jagħmlu xogħol taċ-ċekċik. Ngħid li huma biss 18% biss tal-barranin jiġu biex jagħmlu xogħol elementari. Il-parti l-kbira f’xogħlijiet ta’ snajja u ħiliet oħra u f’karigi maniġerjali. Żgur mhux l-argument li qed iwaqqgħu l-pagi. Jista’ jkun hemm xi setturi fi żmien differenti jesperjenzaw dan.”

    Ritratt: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0