Middle Sea Race: Rambler 88 bil-ħames Line Honours infila

  • Ott 23, 2019 00:15
  • Miktub minn iNews
"

    Fir-raba’ jum tar-Rolex Middle Sea Race, il-jott Amerikan, Rambler, misjuq mill-iskipper, George David, kien l-ewwel wieħed li daħal fil-port ta’ Marsamxett għall-ħabta tat-8.20 am.

    Dan kien ifisser li l-istess David rebaħ il-Line Honours tar-Rolex Middle Sea Race. Din il-bravura rnexxielu jagħmilha għall-ħames edizzjoni konsekuttiva biex kompla jikkonferma l-qawwa tiegħu f’din is-sez­zjoni tat-tellieqa.

    Dan il-maxi-jott mill-Istati Uniti beda bl-aħjar mod possibbli bil-konsegwenza li beda jillidja. 

    Minkejja li ftit kellu riħ favur tiegħu, David xorta sab mod kif jieħu r-riedni tat-tellieqa f’idejh u bl-abbiltá kollha baqa’ dej­jem fuq quddiem.

    Isegwih f’din il-Line Honours kien hemm il-jott Taljan, Ad Maiora, li kien misjuq mill-iskipper Bruno Cardile. Madankollu d-distakk minn fuq Rambler kien konsi­derevoli minħabba li waqt li l-jott Amerikan kien dieħel fil-Port ta’ Marsaxlokk, dak Taljan kien għadu fl-inħawi ta’ Lampedusa. B’hekk l-istess jott Ad Maiora kellu jirtira mit-tellieqa.

    Isegwi lit-Taljan kein hemm jott ieħor Amerikan bl-isem ta’ Wizard misjuq mill-iskipper Richard Clarke.

    L-ewwel jott Malti li qiegħed isegwi l-avversarji tiegħu huwa Artie III, li hu misjuq mill-koppja Lee Satariano u Christian Ripard.

    Dawn it-tnejn diġá qabżu l-gżira ta’ Favignana u kienu neżlin lejn Pantellerija. Minn hemm huma jduru Lampedusa għall-aħħar parti tat-traġitt ta’ 606 mili nawtiċi lejn il-Gżejjer Maltin.

    Finalment fil-klassifika ġenerali (sal-bieraħ), fuq quddiem kien hemm il-jott Taljan, Bewild, misjuq mill-iskipper Renzo Grottesi li għandu l-aħjar ħin korrett.

    Sadanittant irtiraw b’mod uffiċjali sitt jottijiet, li  huma Ad Maiora, Fidanzata, Escapado, Apollo, Blackwater and Jeanne.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0