Fenech Adami jallega li l-PM ċaħad l-għajnuna tal-FBI biex jinqabad min qatel lil DCG

  • Ott 23, 2019 09:51
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qed jallega fil-Parlament li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jridx jaċċetta l-għajnuna mill-FBI biex jaqbdu l-mandanti li qatlu lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. 

    Fl-aħħar jiem, il-Federal Bureau of Investigation (FBI) qalet li kienet lesta biex terġa' tidħol fl-investigazzjoni li għadha għaddejja dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

    L-offerta tal-għajnuna lill-awtoritajiet Maltin saret f'għeluq it-tieni anniversarju mill-qtil ta' Caruana Galizia bl-Ambaxxata Amerikana tgħid li l-Istati Uniti kienet diġà tat l-għajnuna fuq talba tal-investigaturi lokali.

    Min-naħa tiegħu, il-Gvern iddikjara li l-investigazzjoni għadhom għaddejjin u fakkar li fiha ħadu sehem kemm l-FBI kif ukoll l-Europol.

    Hu fakkar li f'inqas minn 50 jum mid-delitt tliet persuni ġew arrestati u jinsabu akkużati bid-delitt.

    Mistoqsi jekk l-FBI baqgħux involuti fl-investigazzjoni, il-kelliem għall-Ambaxxata Amerikana Ryan M. Janda kien ikkonferma li m'għadhomx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0