Il-BOV b’inizjattivi varji b’risq il-kampanji Pink October u Movember

  • Ott 23, 2019 10:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Bank of Valletta qiegħed jappoġġja bi sħiħ il-kampanji Pink October u Movember permezz ta’ diversi inizjattivi bil-parteċipazzjoni tal-impjegati kollha. Għaldaqstant l-impjegati nhar it-Tlieta rrappurtaw għax-xogħol mingħajr l-uniformi u bi lbies iżjed komdu minn dak li normalment jintlibes fi ġranet oħra. Permezz ta’ din l-inizjattiva l-impjegati kienu mħeġġa jagħtu donazzjoni li fil-jiem li ġejjin tingħata lill-Fondazzjoni Marigold – BOV fil-Komunità. 

    L-inizjattiva ta’ dress down hija biss ħolqa f’kullana ta’ attivitajiet imnedija mill-Bank matul Ottubru u Novembru bl-għan li titqajjem kuxjenza fuq il-prevenzjoni mill-kanċer tas-sider, tal-prostata u tat-testikoli. Filfatt, iktar kmieni dan ix-xahar, l-impjegati kollha ġew mogħtija labra ddisinjata apposta biex tintlibes fuq il-ħwejjeġ matul ix-xahar kollu. Barra minn hekk, filgħaxijiet, il-binjiet tal-Uffiċċju Ewlieni tal-Bank of Valletta flimkien ma’ tal-Premium Banking Centre f’Santa Venera, il-binja tat-Training Centre u l-fergħa fil-Gżira kif ukoll il-Fergħa tar-Rabat Għawdex, qed ikunu mixgħula b’dawl roża f’Ottubru u blu f’Novembru.

    Intant nhar il-Ħadd, xi impjegati rġiel ħadu sehem f’inizjattiva tal-kampanja Movember u marru għand Antonio’s Barber Shop biex iqaxxru l-leħja u jħallu l-mustaċċi. Il-Ħadd ukoll, numru ta’ ħaddiema oħra ħadu sehem fin-Nike Pink Fun Run biex jinġabru fondi b’risq Pink October.

    Waqt li spjegat l-iskop wara dawn l-inizjattivi, Vanessa Borg, Manager fid-Dipartiment tal-PR u l-Marketing tal-Bank of Valletta saħqet fuq l-importanza li wieħed jegħleb il-biża’ u jagħmel it-testijiet neċessarji, biex f’każ ta’ kanċer, jinqabad fi stadju bikri u jkun hemm ċans ikbar ta’ fejqan. “Għaldaqstant, fil-Bank of Valletta nippruvaw noħolqu kuxjenza fost l-impjegati tagħna u fl-istess ħin inħeġġu lill-klijenti jagħmlu l-istess.”

    Fil-jiem li ġejjin, il-Bank of Valletta se jkun qed jorganizza inizjattiva oħra ta’ Għoti tad-Demm fost l-impjegati, bl-għan li tittaffa ftit id-domanda qawwija fuq il-provvista tad-demm, li huwa essenzjali fil-kura kontra l-kanċer.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0