“De Paule in Concert - Grandioso” - Il-kunċert annwali mill-Banda Kristu Re

  • Ott 23, 2019 11:18
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re ta’ Raħal Ġdid ser ttella’ il-kunċert mużikali annwali tagħha fl-10 ta’ Novembru 2019, fis-Sala Temi Zammit fl-Università ta’ Malta, fis-7 ta’ filgħaxija. Il-kunċert ta’ din is-sena ngħata l-isem ta’ “De Paule in Concert – Grandioso”.  

    Il-Banda Kristu Re issa saret magħrufa sew għal dawn il-kunċerti li ilhom jsiru ghal dawn l-aħħar 30 sena. Bħal snin ohra, dan il-kunċert se joffri spettaklu kbir b’esperjanzi mużikali, vokali u viżivi mill-aqwa lil dawk kollha li sejrin jattendu!  Wara s-suċċess tal-kunċerti minn din il-banda fi snin imgħoddija, din is-sena nistgħu ngħidu li se jkun wieħed mhux b’inqas.

    Għal din is-sena ntgħażlet  mużika varjata li tolqot il-gosti ta’ kulħadd. Apparti siltiet klassiċi, li jinkludu kompożizzjonijiet ta’ Beethoven u Strauss, se tindaqq wkoll mużika għall-ewwel darba  minn banda Maltija. Din hija biċċa mużika meraviljuża mill-kompożitur spanjol Josè Alberto Pina li għandha tinżel tajjeb ħafna ma’ kull min jattendi. 

    Mil-lat kontemporanju se jkun hemm biċċiet mill-kompożizzjonijiet tal-grupp ‘Queen’, soundtracks ta’ films, solijiet, mużika Pop u ovvjament silta mużikali mill-pinna tas-surmast direttur stess. 

    Fost il-kantanti lokali li sejrin jieħdu sehem flimkien mal-Banda Kristu Re, insibu lil Kristy Spiteri u Kim Grech. Se tindaqq ukoll bicca mużika taħt id-direzzjoni ta’ Surmast Onorarju li kien id-direttur tal-Banda meta’ rebħet il-Konkors tal-Baned, 25 sena ilu.

    Id-direzzjoni mużikali u artistika ta’ dan il-kunċert se tkun fl’idejn abbli ta’ Mro David Joseph Sammut, surmast direttur tal-Banda Kristu Re, li għandu bosta esperjenzi f’dan il-qasam kemm f’Malta kif wkoll barra minn xtutna, fosthom fl-Italja u Dubai

    Aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert tinstab fuq il-paġna uffiċjali tas-Socjetà fuq Facebook - Socjeta Filarmonika GM Fra. Antoine De Paule Banda Kristu Re jew fuq il paġna bl-isem ta’ De Paule in Concert – Grandioso

    Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas iżda jkun apprezzat jekk min jattendi jagħti donazzjoni mad-dħul tal-kunċert b’risq is-Soċjetà.  Għall-biljetti idhlu fil-link: https://www.ticketarena.com.mt/ticket/?event=489061  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0