Il-President jitkellem dwar ir-rwol ta’ Malta fl-isfera internazzjonali mal-istudenti universitarji Ġappuniżi

  • Ott 23, 2019 12:41
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President George Vella indirizza taħdita f’Chiba University of Commerce ta’ Tokyo li fiha ħadu sehem mal-400 student li kellhom iċ-ċans jitkellmu u jiddiskutu dwar kif Malta rnexxielha tagħti kontribut siewi lill-multilateraliżmu. 

    “Pajjiżi bħal Malta, kif ukoll il-Ġappun, huma dawk li l-iktar jibbenefikaw mill-mod kif taħdem sistema multilaterali għax mhux id-daqs li jgħodd l-iktar imma l-prinċipji, ir-reżiljenza u l-għaqda fis-saħħa li l-iktar li huma importanti fl-isfera internazzjonali,” qal il-President Vella lill-istudenti.

    Il-President Vella tkellem dwar ir-rwol importanti li kellu pajjiżna mal-medda taż-żmien, fosthom fil-Ġnus Magħquda, il-Commonwealth u l-Unjoni Ewropea.  Irrefera għall-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun tal-Mediterran, b’mod partikolari fl-ambitu tal-immigrazzjoni.

    Semma kif Malta għal snin twal tħalliet waħidha tindirizza din il-kwistjoni, iżda rnexxielha tpoġġi fuq l-aġenda Ewropea dan il-fenomenu, tant li għamlet tragward importanti waqt il-Valletta Summit ta’ Novembru 2015 meta l-immigrazzjoni kienet diskussa bejn il-pajjiżi kollha tal-UE u l-Afrika.

    Il-President Vella emfasizza li kull immigrant huwa uman u għandu jkollu rispett u dinjità, filwaqt li sostna li l-immigrazzjoni hija fenomenu globali u qal li Malta temmen li din il-kwistjoni teħtieġ azzjoni globali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0