Il-Ġermanja keċċiet 17,000 immigrant f’disa’ xhur… 1,900 minnhom lejn l-Italja

  • Ott 23, 2019 14:22
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, il-Ġermanja keċċiet 16,808 persuna li kienu qegħdin jitolbu ażil. Jidher li l-aktar pajjiż lejn fejn ġew imkeċċija kien l-Italja fejn jidher li b’kollox tkeċċew 1,894 persuna. 

    Dan jirriżulta minn interrogazzjoni li ġiet ippubblikata mill-aġenzija tal-aħbarijiet Epd. Qed jingħad li fl-2018 tkeċċew 23,617-il immigrant mill-Ġermanja, bħalma ngħad ukoll mill-ġurnali tal-grupp Funke. 

    Jidher li wara l-Italja, l-aktar li laqgħu kienu l-Albanija b’1,718-il persuna, Franza b’906 persuni, il-Polonja b’639 persuna u Spanja b’551 persuna. 

    Jidher li mas-56% tal-immigranti ġew trasferiti permezz ta’ ajruplani, 32%  b’charters, filwaqt li l-oħrajn ġew trasferiti bil-baħar jew fuq l-art. Dawn it-trasferimenti swew lill-Ġermanja mas-€6 miljun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0