"Il-bini mill-ġdid tat-Teatru Rjal …dan iċ-ċans intilef" - Iċ-Ċermen tal-Valletta Cultural Agency, Jason Micallef

  • Ott 23, 2019 15:23
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif fl-aħħar jiem inbeda dibattitu dwar il-bini mill-ġdid tat-Teatru Rjal u dan wara proposta fil-baġit biex issir konsultazzjoni biex dan jissaqqaf, iċ-Ċermen tal-Valletta Cultural Agency, Jason Micallef qal li ma jaqbilx li jinbeda dibattitu dwar il-bini tat-Teatru Rjal.

    Qal li dak iċ-ċans intilef bejn is-sena 1996 u 1998. Hu qal li “fil-jiem li għaddew ilqajt b’sodisfazzjon l-impenn tal-gvern biex wara konsultazzjoni Pjazza Teatru Rjal jingħalaq (jissaqqaf) biex ikun jista’ jintuża ferm aħjar is-sena kollha bil-kontra ta’ kif jiġri s’issa. Jingħeleb l-inkonvenjent tal-ħsejjes għar-residenti b’mod speċjali bil-lejl, filwaqt li t-teatru jkun jista’ jħaddem akustika ferm aħjar minn dik li għandu llum.

    "Jiena naqbel fuq din it-triq ‘il quddiem għal Pjazza Teatru Rjal. Tiswa l-flus, imma tista' ssir, u teżisti r-rieda li ssir. Li ma naqbilx hu li jinfetaħ mill-ġdid dibattitu ieħor biex fl-istess post jinbena mill-ġdid it-Teatru Rjal ta’ qabel l-1942. Dak iċ-ċans intilef bejn l-1996-1998 meta l-gvern ta’ dak iż-żmien kien ippropona li jinbena ċentru kulturali mgħammar b’kollox iżda kien sab reżistenza kbira mill-Kunsill Lokali tal-Belt u l-Oppożizzjoni.

    "Sadanittant, filwaqt li l-Belt Valletta għandha t-Teatru Manoel meqjus bħala t-teatru nazzjonali, pajjiżna għadu mingħajr teatru nazzjonali għall-kunċerti. Din saret prijorità. Nemmen li għandu jinstab post adekwat barra mill-Belt Valletta fejn dan it-teatru jinbena kif suppost fi spazju riġenerat apposta u mgħammar b’kollox inkluż parkeġġ u bżonnijiet oħra kif jixraq li jkollu teatru modern għal pajjiżna.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0