Omm tikkundanna l-aġir ta' koppja anzjana wara li rrifjutaw li jċedulha l-postijiet li xtrat għaliha u wliedha

  • Ott 23, 2019 20:25
  • Miktub minn iNews
"

    Amanda Mancino-Williams, omm ta’ tlett itfal, ħaditha qatta’ bla ħabel kontra koppja anzjana li fuq ferrovija Cross Country poġġew fil-postijiet li xtrat onlajn għaliha u għal uliedha. Aktar minn hekk l-anzjani rrifjutaw milli jagħtu l-postijiet lill-familja anke jekk kieku jafu li dawk il-postijiet kienu rriservati għal Amanda u wliedha.

    Waqt li kienet għaddejja din il-ġrajja kollha, Amanda tefgħet ritratt fuq is-sit soċjali ta’ Twitter, tispjega “l-arroganza” tal-koppja anzjana. Fir-ritratt jidhru t-tlett itfal ta’ Amanda “imrassin” fuq żewġ siġġijiet. B'tifla minnhom tidher tati ħarsa kerha lill-anzjana.   

    Amanda, staqsiet x’inhu l-punt li wieħed jixtri u jirriserva l-postijiet fuq ferrovija meta jistgħu jiġu nies terzi li jkunu għadhom ma xtrawx il-biljetti u jpoġġu fejn jaqbel lilhom.

    Jidher li ħaddiem partikolari tal-ferrovija, wara li sema’ l-istorja tal-familja, rnexxielu jsib post fis-sezzjoni first class għal Amanda u wliedha.

    Intant hi u mixja għal sezzjoni oħra, Amanda daret lejn il-koppja u sarkastikament qaltilhom biex igawdu posthom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0