L-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race - Il-jottijiet bdew jaslu fir-Royal Malta Yacht Club

  • Ott 23, 2019 21:00
  • Miktub minn iNews
"

    Iż-żieda fir-riħ li qed jinħass fil-punent ta’ Sqallija kompla jaffetwa ir-riżultati u il-kisba tal-ewwel post overall. Il-wasla ta’ Black Pearl, kmieni filgħodu fisser li Rambler, li kien jinsab fuq il-quċċata sa dak il-ħin, tilef postu.

    Hekk kif komplew jidħlu il-jottijiet bħalissa il ClubSwan 42, BeWild jinsab fuq quddiem. Minkejja dan għad hemm numru ta’ jottijiet li għadhom qed itellqu, u magħhom iċ-ċans li dan ir-riżultat jinbidel. Ir-rebbieħa tar-Rolex Fastnet il-Volvo 70 Wizard, kien it-tieni jott li spiċċa it-tellieqa. Iżda qatt ma kien wieħed mill-jottijiet ikkunsidrati għal rebħa, partikolarment minħabba bidu xejn impressjonanti. Lejn nofshinhar, waslet l-ewwel Cookson 50 ta’ Franco Niggeler, Kuka 3 li għeleb lil-Riff Raff b’nofsiegħa. Ftit wara daħal PrimaVista-Lauria, misjuq Gabriele Bruni, kaptan li mhux biss ħa sehem fl-Olimpjadi iżda ukoll Ċampjin tad-Dinja tal-Klassi 49er. Miegħu kien hemm atleta Olimpiku ieħor Pietro D’Ali. 

    Wara PrimaVista-Lauria, daħlu il-jottijiet Franċiżi Corum-Daguet 2 u The Kid. Wara nofshinhar ir-Royal Malta Yacht Club laqgħa fostu l-ewwel jott Malti – Artie III misjuq minn Lee Satariano u Christian Ripard. Satariano, li għadu kemm spiċċa it-tlettax il-tellieqa tiegħu wera is-soddifazzjon tiegħu bid-dgħajsa u l-ekwipaġġ. Dan tal-aħħar kien magħmul minn taħlita t’esperjenza u kapaċita, kif ukoll uċuħ ġodda li kienu qedin jieħdu sehem fl-ewwel Rolex Middle Sea Race tagħhom.

    “Kuntent li erġajt ħadt sehem wara nuqqas ta’sentejn. Għal-din il-jott, li hija l-ewwel tellieqa tagħha, kien proċess ta’ tagħlim. Kulħadd ħadem tajjeb u issa jkompli il-proċess sa biex nkomplu ntejbu lid-dgħajsa ħalli nisfruttaw il-kapaċitajiet tagħha” stqarr Satariano. Christian Ripard, li għadu kemm spiċċa it-30 Rolex Middle Sea Race tiegħu, qabel ma Satariano. Hu kompla biex jgħid li il-fatt li ma kellhommx il-qlugħ addattati kompla biex jgħamel ix-xogħol iktar iebes.

    Bil-wasla tal-jott Artie III, il-mistoqsija hija dik ta’ liema jott Malti ser jirbaħ bil-handicap. Il-familja Podesta, b’Elusive 2 qed jorqorbu lejn Malta, warajhom Timmy Camilleri u Richard Schultheis fuq Xp-Act qed jkomplu il-battalja ma Xpresso (Sean Borg). Comanche Raider III qiegħed fuq it-tappa minn Lampedusa, segwiti minn Jonathan Gambin (Ton Ton Laferla Insurance) u Jamie Sammut (Unica).

    Il-JYS Jan, li hu ekwipaġġat minn nisa biss, u mmexxi min Gabriella Mifsud tkompli tirrapreprezenta lil Jarhead Young Sailors Foundation, wara lil it-jott l-ieħor tal-Fondazzjoni JYS Jarhead kellu jirtira. Il-jott Vivace, l-uniku li qed jtellaq fil-klassi double handed jinsab lejn in-nofshinar ta’ Trapani, b’Maltese Falcon II ftit mili warajħ.

    Ritratt - Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0