AĠĠORNAT: Imut Tony Zarb ‘Il-Caravaggio’

  • Nov 03, 2019 13:25
  • Miktub minn iNews

    Aħbar li xxukkjat lill-kommunita’ tal-football lokali hekk kif aktar kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Tony Zarb magħruf bħala ‘l-Caravaggio’

    L-anzjan ta’ 72 sena residenti San Pawl il-Baħar kien sofra ġrieħi ta’ natura serja wara li ttajjar fi Triq il-Wilġa, il-Qawra fis-27 ta' Ottubru li għadda. 

    Ir-raġel safa milqut minn vettura tat-tip Fiat Fiorino li kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Santa Venera.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi serji.

    Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta maġisterjali.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0