Hong Kong mistennija tidħol f'riċessjoni

  • Ott 29, 2019 14:30
  • Miktub minn iNews
"

    Matul din il-ġimgħa mistenni jitħabbar li Hong Kong se jkun daħal f’riċessjoni. Dan wara li d-dimostrazzjonijiet li ilhom għaddejjin sa minn Ġunju ta’ din is-sena qed ixekklu lin-negozji lokali u taw daqqa ta’ ħarta lill-industrija tat-turiżmu.

    Id-dimostrazzjonijiet inbew kaġun ta’ abbozz ta’ liġi dwar estradizzjoni lejn iċ-Ċina. Madankollu minn dakinhar id-dimostrazzjonijiet komplew jinfirzu, bid-dimostranti jitolbu aktar libertajiet demokratiċi.

    In-negozjanti lokali ħadu daqqa ta’ ħarta kira kaġun tal-protesti vjolenti, u n-numru ta’ turisti li qed iżuru lit-territorju Ċiniż niżel drastikament.

    L-istatistika ekonomika, li mistennija li tkun ippubblikata nhar il-Ħamis li ġej, mistennija turi tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku għat-tieni kwart tas-sena konsekuttiv.

    Is-Segretarju għall-Finanzi Paul Chan attribwixxa r-riċessjoni għall-protesti.

    F’opinjoni ppubblikata nhar il-Ħadd li għadda, Chan indika li n-numru ta’ viżitaturi f’Hong Kong rreġistra tnaqqis drastiku matul l-ewwel nofs tas-sena. Saħal li dan kien rifless fi tnaqqis fin-numru ta’ sodod mimlijin fil-lukandi.

    Tenna wkoll li l-volum ta’ bejgħ fil-ħwienet naqas b’25.3% f’Awwissu, b’paragun mas-sena li għaddiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0