L-ISIS mill-ġdid bla mexxej … Trump iħabbar li nqatel ukoll min kellu jieħu post al-Baghdadi

  • Ott 29, 2019 15:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Amerikan Donald Trump illum qal li l-militar Amerikan qatel lill-persuna li kienet meqjusa li se tkun qed tieħo post Abu Bakr al-Baghdadi bħala l-mexxej tal-Istat Iżlamiku.

    Permezz ta’ kumment fuq Twitter Trump qal li “għadu kemm ġie kkonfermat li min kellu jieħu post al-Baghdadi nqatel minn truppi Amerikani”.

    Trump madankollu ma speċifikax għal min kien qed jirreferi.

    Il-militar Amerikan ilbieraħ ikkonfermat il-qtil ta’ Abu al-Hassan al-Muhajir – il-kelliemi għall-Istat Iżlamiku u li kien jokkupa rwol prominenti fil-grupp jihadista.

    Muhajir inqatel f’operazzjoni militari separata fit-Tramuntana tas-Sirja, f’rejd konġunt bejn il-qawwiet Amerikani u dawk Kurdi.

    Il-qtil tiegħu tħabbret wara li Trump nhar il-Ħadd li għadda ħabbar il-qtil ta’ Baghdadi minn suldati speċjalizzati fit-Tramuntana tas-Sirja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0