Għexieren ta' priġunieri jaħarbu minn ħabs fin-Niġerja wara xita qliel u għargħar

  • Ott 29, 2019 20:01
  • Miktub minn iNews
"

    Kwżi 100 priġunier għadhom rapportati bħala maħrubin wara li xita qliel fin-Niġerja ċentrali wasslet biex għexieren ta’ priġunieri jaħarbu minn ħabs.

    Il-ħajt li kien idawwar il-faċilità fl-istat ta’ Kogi ġġarraf kaġun tax-xita u l-għargħar, bi priġunieri jkunu sfurzati jaħarbu għal post aktar sigur.

    Francis Enobore, mis-Servizz Korrettiv fin-Niġerja, qal li madankollu 122 priġunier ħatfu l-opportunità u ħarbu minn fuq il-post. Dan filwaqt li 105 priġunier ieħor baqgħu fuq il-post.

    Enobore qal li l-awtoritajiet diġà rnexxilhom jaqbdu mill-ġdid lil 25 mill-priġunieri maħrubin, madankollu qal li t-tfittxija għadha għaddejja għal 97 priġunier ieħor.

    In-Niġerja, l-aktar pajjiż popoluż fil-kontinent Afrikan, safa afettwat minn xita torrenzjali u għargħar matul dawn l-aħħar xhur.

    Fl-istat ta’ Adamawa, aktar minn 40 raħal inqerdu għal kollox kaġun tax-xita li niżlet matul dawn l-aħħar jiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0