Tliet persuni jinqatlu u oħrajn jindarbu fi sparatura waqt festin tal-Halloween f'Kalifornja

  • Ott 30, 2019 08:46
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-anqas tliet persuni tilfu ħajjithom u disgħa oħra ndarbu wara sparatura waqt festin tal-Halloween organizzat f’Long Beach f’Kalifornja.

    Skont l-uffiċjali tal-lokal jidher li l-vittmi huma kollha rġiel, ħamsa mill-midrubin ittieħdu immedjatament lejn sptar fil-viċin, filwaqt li l-oħrajn ingħataw l-ewwel għajnuna fil-post.

    S’issa l-Pulizija ma tatx informazzjoni dwar jekk il-persuna jew persuni responsabbli ġewx arrestati jew jekk hemmx indikazzjoni dwar min setgħu kienu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0