Veġetarjana tiftaħ ħanut tal-laħam għax ħassitha “tal-ġenn” wara li reġgħet bdiet tiekol il-laħam

  • Ott 30, 2019 11:10
  • Miktub minn iNews
"

    Tammi Jonas qalbet għal dieta veġetarjana wara li fis-sebgħinijiet qrat il-ktieb ta’ Peter Singer, ‘Animal Liberation’.

    Il-mara minn Eganstown fl-Awstralja qalet li hija għamlet għaxar snin issegwi din id-dieta sakemm meta kienet qiegħda tistenna t-tielet wild tagħha ġietha x-xewqa li dduqq il-laħam.

    Hija spjegat li waqt li kienet ix-xogħol ordnat berger u ħassitha “tal-ġenn”. Ammettiet li għall-ewwel bdiet taraha skomda tiekol il-majjal u tiġieġ, iżda li meta bdiet tiekol ċ-ċanga bdiet tħossha kuntenta li qiegħda tagħti lil ġisimha xi ħaġa li kellu bżonn.

    Żiedet tgħid li kienet toqgħod attenta minn fejn tixtri l-laħam minħabba l-mod ta’ kif jiġi pproċessat u li ftit wara ddeċidiet li tibda trabbi l-annimali ma’ żewġha.

    Illum ilha tmien snin trabbi l-majjali u għażlet dan l-annimal biex tkun ċerta li toffri lil dawk li huma kontra l-moħqrija “prodott b’differenza”.

    Hija temmet tgħid li fir-razzett tagħhom huma joffru ħajja dinjituża lill-annimali u għalhekk ma temminx li qiegħda tagħmel xi ħaġa ħażina li toqtol l-annimali biex jiġu kkunsmati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0