Qatel tlett iħbieb tiegħu, qattagħhom u kielhom

  • Ott 30, 2019 14:46
  • Miktub minn iNews
"

    Pulizija Russi arrestaw raġel ta’ 51 sena li qed ikun allegat li qatel b’sikkina tlett iħbieb tiegħu waqt li kienu reqdin, qattagħhom biċċiet u kiel partijiet minnhom. Fdal tal-iġsma tagħhom instabu fil-belt ta’ Arkhangelsk flimkien ma’ għadam u fdal ieħor ta’ klieb, qtates u għasafar.

    Dawn id-delitti huwa maħsub li twettqu bejn Marzu 2016 u Marzu 2017. Huwa maħsub li r-raġel - li l-pulizija qed jgħidu li huwa kannibalu - storda lil sħabu b’xorb alkoħoliku qabel dawn raqdu biex b’hekk seta’ joqtolhom, iqattaghom f’biċċiet u jiekol minnhom. Wara, il-fdalijiet tal-iġsma ntremew fi xmara fil-viċinanzi.

    Ir-raġel arrestat sarlu eżami mediku u qed ikun meqjus bħala li huwa mentalment f’sikktu.

    L-akkużat hu maħsub li kien qed jgħix f’wieħed mill-appartamenti tal-vittmi tiegħu wara li nqatel. Huwa kien qal lill-ġenituri tal-vittma li binhom kien mar jaħdem f’belt oħra. L-istess kien qal  lill-pulizija meta marru jfittxu lill-persuna rrapportata nieqsa.

    L-investigaturi spjegaw li kellhom biċċa xogħol diffiċli ħafna li ħadet ħafna żmien biex setgħu jiddentifikaw lill-vittmi. Dan minħabba li l-fdalijiet kienu mferrxin b’mod li għamilha ferm diffiċli biex ikunu identifikati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0