Mill-inqas 65 persuna jmutu fuq ferrovija fil-Pakistan wara li jisplodi ċilindru tal-gass li kien qed jintuża għat-tisjir

  • Ott 31, 2019 10:21
  • Miktub minn iNews
"

    Nirien li ħakmu ferrovija fil-Pakistan aktar kmieni llum ħallew mill-inqas 65 persuna mejtin. Dan filwaqt li f’dan l-inċident indarbu mal-40 persuna oħra. Jidher li n-nirien kienu kkaġunati minn ċilindru tal-gass li kien qed jintuża minn passiġġieri biex isajru xi ikel abbord il-ferrovija.

    In-nirien qerdu għal kollox tliet vaguni tal-ferrovija viċin il-belt ta’ Rahim Yar Khan fil-provinċja ta’ Punjab fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Il-ferrovija kienet qed tivvjaġġa mill-belt ta’ Karachi lejn il-belt ta’ Rawalpindi, bil-biċċa l-kbira tan-nies abbord il-ferrovija kienu sejrin jattendu konfrenza reliġjuża.

    Dan huwa l-agħar inċident li seħħ fis-sistema tal-ferroviji fil-pajjiż f’dawn l-aħħar 15-il sena.

    Il-biċċa l-kbira tal-persuni mietu hekk kif bdew jaqbżu minn fuq il-ferrovija biex jipprovaw jaħarbu min-nirien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0