Franza u ċ-Ċina bi ftehim ta' €13.5 biljun dwar kummerċ ħieles

  • Nov 06, 2019 10:36
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Franċiż Emmanuel Macron u l-President Ċiniż Xi Jinping aktar kmieni llum ħabbru ftehim bilaterali dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi li huwa stmat li għandu valur ta’ €13.5 biljun.

    Il-ftehim se jkun qed jikkonċerna is-setturi tal-awronawtika, l-enerġija u l-agrikoltura. Fl-istess waqt 20 kumpanija Franċiża rċevew l-approvazzjoni biex jibdew jesportaw prodotti taċ-ċanga, tiġieġ u majjal lejn iċ-Ċina.

    Macron u Xi ħabbru l-ftehim waqt konferenza tal-aħbarijiet li żvolġiet bħala parti miż-żjara tal-President Franċiż fiċ-Ċina.

    Il-ftehim tħabbar fost klima ta’ tensoni dejjem tikber bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Macron żar iċ-Ċina flimkien ma’ delegazzjoni ta’ negozjanti li jirrappreżentaw 30 kumpanija Franċiża.

    Fi stqarrija Xi qal li ż-żewġ mexxejja “bagħtu sinjal b’saħħtu lid-dinja dwar il-kummerċ ħieles u l-multilateraliżmu, u kif ukoll dwar il-ħtieġa ta’ ħidma flimkien biex jinbnew ekonomiji miftuħa”.

    Macron u Xi ffirmaw ukoll ftehim li għandu jwassal biex tiġi miġġielda l-produzzjoni ta’ nbejjed u ġobnijiet iffalsifikati fiċ-Ċina.

    Matul il-jum tal-lum ukoll il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ħabbar li l-ftuħ mill-ġdid tal-esportazzjoni ta’ prodotti taċ-ċanga u l-majjal lejn iċ-Ċina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0