Attakk b'sikkina fil-Ġordan iħalli turisti midrubin

  • Nov 06, 2019 13:46
  • Miktub minn iNews
"

    Diversi turisti ndarbu f’attakk b’sikkina fil-belt ta’ Jerash fil-Ġordan. Gwida lokali u uffiċjal tas-sigurtà wkoll indarab fl-attakk.

    Il-vittmi, tliet nisa Spanjoli, ittieħdu fi sptar lokali biex jirċievu kura għall-ġrieħi li sofrew.

    Għadu mhux magħruf l-entità tal-ġrieħi li sofrew, madankollu uffiċjal tas-sigurtà qal, mingħajr ma qagħad jelabora, li tnejn mit-turisti jinsabu f’qagħda kritika.

    L-aggressur ġie arrestat u l-awtoritajiet qed jinvestigaw l-inċident.

    Filmati li kienu ppubblikati fuq il-midja soċjali juru lil tnejn mill-vittmi bi ħwejjiġhom mimlijin bid-demm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0