Sentenza ta' ħabs mibdula għal multa ta' €50

  • Nov 07, 2019 11:35
  • Miktub minn iNews
"

    Is-sentenza ta' raġel li kien misjub ħati ta' pussess aggravat ta' kokaina u kannabis, inbidlet fi stat ta' appell,  wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali sostniet li ma kienx hemm evidenza suffiċenti biex ikun iddikjarat ħati.

    Jonathan Farrguia, ta' 31 sena, kien appella għad-deċiżjoni mogħtija fil-Qorti Kriminali fl-2015, wara li huwa kien instab ħati ta' pussess aggravat ta' droga, u kien ikkundannat sentenza ta' disa xhur priġunerija, kif ukoll multa ta' €800.

    Jirriżulta li x-xhieda prinċipali f'dan il-każ, Tarquin Vella, kien arrestat mill-Pulizija fl-2009, u kien xehed lill-Pulizija li huwa kien xara gramma kokaina minn Farrugia waqt il-festa ta' Birżebbugia. Madanakollu, kien biss 9 xhur wara li l-Pulizija għamlet tfittxija fid-dar ta' Farrugia, fejn instabu biss boroż vojta, dqiq għat-tisjir, kif ukoll boroż bi traċċi vojta, li wara nstabu li kienet kokaina.

    Madanakollu, il-Qorti nnutat kif il-kondotta u x-xhieda ta' Vella ma kinitx konvinċenti, tant li l-Qorti kienet ordnatu biex jiġi investigat fuq perġurju. Jirriżulta li wara li ħarġet x-xhieda oriġinarja li huwa għamel lill-Pulizija fil-Qorti, Vella mhix talli rrifjutaha, iżda huwa rrifjuta li din xehedha quddiem Maġistrat. Apparti hekk, huwa kien ukoll biddel il-verżjoni ta' kif ġraw l-affarijiet.

    Skont l-investigazzjoni tal-Qorti, jirriżulta li Vella kien qiegħed jiffaċċja proċeduri kriminali, u li d-dikjaraqzzjoni tiegħu setgħet tikkwalifikaw għal tnaqqis fis-sentenza tiegħu.

    Fid-deliberazzjoni tiegħu, minkejja li ddekriva id-deliberazzjoni tal-Qorti Kriminali bħala waħda ddetaljata, loġika u korretta,  l-Imħallef Grixti saħaq li l-Qorti tal-Appell kellha dubju konkret fuq il-ħtija tal-akkużat. "Anke jekk fix-xhieda tiegħu, l-akkużat kien kemmxejn evażiv, il-Qorti mhix konvinta li l-każ kontra l-akkuża kien ippruvat minngħajr dubju, kif huwa bżonn f'kwalunkwe proċess ġudizzjarju kriminali." Il-Qorti nnutat ukoll kif kien hemm allegazzjonijiet ta' ġlied u battibekki fuq il-post tax-xogħol bejn Vella u Farrugia, allegazzjoni li setgħet iżżid id-dubju f'każ bħal dan.

    Kien għalhekk li l-Qorti lliberat lil Farrugia mill-akkuża ta' traffikar u bejgħ tad-droga, u minflok, kkonfermat biss il-ħtija fl-akku\a ta' pussess sempliċi. 

    L-Avukat Arthur Azzopardi deher għal Farrugia.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0