“Wasal iż-żmien li jkollna Ċarġer Universali Ewropew għall-ismartphones” ? MPE Alex Agius Saliba

  • Nov 07, 2019 17:11
  • Miktub minn iNews
"

    "Wasal iż-żmien li jkollna Ċarġer Universali Ewropew għall-ismartphones. Wara aktar minn għaxar snin ta' awtoregolazzjoni tal-industrija, is-sitwazzjoni preżenti fejn għandna abbundanza żejda ta' ċarġers, kemm fost ditti differenti u kif ukoll fi ħdan id-ditti nfushom, ma nbidlitx u qed tkompli tiffrustra lill-konsumaturi u tkun ta' ħsara għall-ambjent, "qal l-MPE Agius Saliba.

    L-MPE Agius Saliba qal li għaxar snin u żewġ memoranda ta’ ftehim iffirmati minn kumpaniji ewlenin fosthom Nokia, Samsung u Apple, ma kinux biżżejjed biex nimxu ‘l quddiem fuq din il-kwistjoni u sfortunatament, għadna l-bogħod mill-mira li jkollna ċarġer universali Ewropew għall-ismartphones.

    "Kumpaniji multinazzjonali kbar bħal Apple,qedjibqgħu jinjoraw ir-rakkomandazzjonijiet Ewropej biex jipprovdu soluzzjoni li tipprovdibenefiċċji tanġibbli u immedjati għall-konsumaturi u l-ambjent. Minflok, qed jabbużawmis-sistema b'mod sistematiku għall-gwadanntagħhom stess,"qal il-MPE.

    Minħabba li l-awtoregolazzjoni ma ħadmitx, il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed taħdem fuq valutazzjonijiet tal-impatt u miżuri regolatorji possibbli biex tipproponi "ċarġer komuni" biex it-tagħmir tar-radju, speċjalment it-telefown ċellulari, ikun aktar komdu għall-konsumaturi u fl-istess ħin jonqsu l-iskart u l-ispejjeż elettroniċi bla bżonn.

    Bħala Rapporteur permanenti f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq iċ-Ċarġer Universali Ewropew u d-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju, l-MPE Agius Saliba qal li s-sitwazzjoni hija inkwetanti u ta’ piż żejjed għan-nies. "Ċarġer universali li jaħdem ma’ tagħmir differenti jagħmilha aktar faċli biex jerġgħu jintużaw partijiet elettroniċi qodma, u b’hekk jiġu frankati l-flus u jonqsu l-ispejjeż bla bżonn għall-konsumaturi u għall-ambjent," qal l-MPE Agius Saliba. 

    Il-kumpaniji jaqilgħu biljuni ta’ Ewro fis-sena mill-bejgħ ta’ smartphones u ċarġers rispettivi. Barra minn hekk xi tipi ta’ ċarġers ġew brevettati u huma proprjeta’ dawn il-kumpaniji, u b’hekk, kumpaniji oħra mhumiex permessi jipproduċu l-istess tagħmir ta' ċċarġjar. Din is-sistema qiegħda takkumula aktar minn 51,000 tunnellata ta’ skart elettroniku fis-sena.

    "Jiena nilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex jiġu standardizzati ċ-ċarġers għat-telefowns ċellulari. Madankollu, neħtieġu aktar passi konkreti u għalhekk nemmen li wasal iż-żmien li l-Kummissjoni Ewropea tmur għal approċċ regolatorju li jagħmel iċ-ċarġer universali obbligatorju," tenna l-MPE Agius Saliba meta indirizza lill-Kummissjoni waqt laqgħa tal-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. 

    "Irridu naġixxu immedjatament fuq din l-inizjattiva, jekk irridu niksbu benefiċċji massimi għall-konsumaturi u l-ambjent, mingħajr ma nagħmlu ħsara lill-innovazzjoni u teknoloġiji innovattivi," ikkummenta l-MPE Agius Saliba.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0