Nisa Euro 2021: Draw storiku għall-Maltin

  • Nov 07, 2019 21:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Walter Sargent

    Malta.............. 1

    Iżrael ............. 1

    Il-ġurnata tas-7 ta’ Novembru 2019 żgur li se tibqa’ mniżżla b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-football Malti, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam settur femminili.

    Dan hekk kif pajjiiżna kiseb it-tieni draw fl-istorja f’fażi tal-gruppi meta rnex­xielu jżomm  lill-Iżrael fi draw ta’ 1-1.

    Dan kien ukoll l-ewwel punt miksub minn pajjiżna fi Grupp B ta’ kwalifikaz­zjoni tal-Kampjonat Ewropew 2021.

    Għall-fini ta’ statistika, Malta, dejjem f’dak li għandu x’jaqsam fil-fażi ta’ gruppi f’kompetizzjoni internazzjonali, dejjem kienet ħarget fuq in-naħa telliefa, ħlief għal darba meta kienet temmet il-konfront validu minn fażi ta’ kwalifikaz­zjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2007, li kien intlagħab f’pajjiżna, kontra l-Bosnja fi draw ta’ 1-1.

    Kienu l-Iżrael li ħolqu l-ewwel azzjoni, li waslet fit-12-il minuta meta Eden Avital, minn pożizzjoni ideali, kellha x-xutt dgħajjef  li ġie salvat mingħajr diffikultá mill-goalkeeper Maltija, Janice Xuereb.

    Malta wieġbet erba’ minuti wara, meta l-player ta’ PSV Eindhoven, Rachel Cuschieri, indirizzat cross lejn Dorianne Theuma li minn taħt il-lasti kellha x-xutt tagħha jintemm ftit għoli.

    Iżda l-aktar ballun pe­rikoluż sa dak il-ħin waqa’ f’saqajn l-Iżraeliti  man-nofs siegħa logħob meta Eden Avital approfittat minn pass  erratiku fid-difiża Maltija, għaddiet tajjeb lejn Sharon Beck li avvanzat tajjeb iżda pronta kienet Janice Xuereb li bi bravura, interċettat fil-ħin lill-avversarja.

    Malta rrispondiet fil-35 minuta permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Rachel Cuschieri li iżda għadda ftit għoli.

    U żewġ minuti biss wara, il-Maltin fetħu l-iskor meta l-attakkanta Għawdxija li tilgħab ma’ Sunderland fl-Ingilterra, MARIA FARRUGIA, avvanzat tajjeb fil-kaxxa qabel venvnet xutt fil-baxx li ntemm fir-rokna tax-xibka.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fis-57 minuta fallew ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta Rachel Cuschieri serviet lil Brenda Borg li mill-viċin xeħtet falliet il-mira.

    Dan biex żewġ minuti biss wara, Maria Farrugia, bla dubju, l-aqwa player għal pajjiżna, temmet azzjo­ni personali permezz ta’ xutt li ġie devjat għal corner minn Shahar David.

    Iżda l-Iżrael wettqu reazzjoni tajba u fit-63 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt mnn tarf il-kaxxa ta’ SHARON BECK li ma tat l-ebda ċans lil Janice Xuereb.

    Fit-78 minuta, l-avversarji tilfu ċans tajjeb li jaqilbu l-iskor favur tagħhom meta wara li rċeviet minn corner ta’ Marian Awad, Sharon Beck għoliet tajjeb iżda kel­lha d-daqqa ta’ ras tagħha tiġi salvata minn fuq il-linja  fatali minn Jade Flask.

    MALTA: 1-Janice Xuereb, 4-Emma Lipman, 5-Stefania Farrugia, 6-Dorianne Theuma, 8-Rachel Cuschieri (10-Martina Borg 90), 13-Maria Farrugia, 14-Shona Zammit, 15-Jade Flask, 16-Charlene Zammit, 17-Brenda Borg (7-Ylenia Carabott 62), 20-Nicole Sciberras (9-Alishia Sultana 46) -Coach: Mark Gatt

    IŻRAEL: 23-Hanit Schwarz, 2-Lia Barkai, 3-Opal Sofer (14-Marian Awad 46),  4-Keren Goor, 5-Shay Sade,  6-Shahar Nakav, 8-Shani David (7-Daniel Sofer 46) (21-Shira Elenav 57), 9-Mor Efraim, 12-Eden Avital, 16-Karin Sendel, 22-Sharon Beck -Coach: Gabriel Burstein

    REFEREE: Aleksandra Cesen (Slovenja)

    ASS. REFEREES:Stasa Spur, Tanja Vrabel (Slovenja)

    RABA’ UFF: Tanja Subotic (Slovenja)

    SKORERS:M. Farrugia 37 (M), S. Beck 63 (I)

    AMMONITI:K. Sendel, S. Sade (I), E. Lipman, M. Borg (M)

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0