Imsejħa l-iskwadra Maltija għall-aħħar logħbiet tal-Euro 2020

  • Nov 07, 2019 21:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-coach tat-team nazzjonali Malti, Ray Farrugia, ħabbar skwadra ta’ 24 player għall-aħħar żewġ impenji tat-team nazzjonali Malti fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020.

    L-impenji li jmiss huma kontra Spanja, f’Cadiz, fil-15 ta’ Novembru, u tlett ijiem wara fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali, fejn Malta ttemm l-impenji tagħha f’dan il-grupp bil-logħba kontra n-Norveġja.

    M’hemmx dubju li dawn huma żewġ logħbiet mill-iktar diffiċli għat-team Malti, mhux inqas għall-fatt li se jkunu qed jaslu proprju wara t-telfa diżappuntanti kontra Faroe Islands fl-aħħar ħarġa tat-team Malti.

    Fil-grupp ta’ 24 imsejħa minn Farrugia hemm żewġ players li qed jissejħu għall-ewwel darba. Dawn huma l-goalkeeper żagħżugħ Ra­shed Al-Tumi li għad għandu biss 19-il sena li jilgħab fis-Serie D, fl-Italja, ma’ Casarano, u l-midfielder ta’ 24 sena Brandon Paiber li qed ikollu staġun mill-aqwa mal-leaders tal-Kampjonat BOV Premier, Floriana.

    Fl-iskwadra reġa’ ssejjaħ id-difensur ta’ Gzira United Juan Carlos Corbalan, wara li tilef l-aħħar żewġ konfronti kontra l-Isvezja u Faroe Islands, minħabba injury.

    Imsejjaħ ukoll hemm id-difensur ta’ esperjenza ta’ Valletta Steve Borg, li se jitlef il-logħba f’Cadiz minħabba li huwa sospiż, iżda se jkun disponibbli għal Malta fl-aħħar logħba kontra n-Norveġja.

    Malta għandha tliet punti fi Grupp F, waqt li Spanja jinsabu fl-ewwel post b’20 punt u n-Norveġja jinsabu fir-raba’ post bi 11-il punt. L-Isvezja u r-Rumanija qed jokkupaw it-tieni u t-tielet post bi 15 u 14-il punt rispettivament, waqt li Faroe Islands għandhom punti daqs il-Maltin, jiġifieri tlieta.

    L-iskwadra kollha msejħa minn Ray Farrugia hi din:

    Goalkeepers: Henry Bonello (Valletta); Justin Haber (Gzira United); Rashed Al-Tumi (Casarano Calcio, Ital­ja).

    Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Ferdinando Apap (Hibernains), Joseph Mbong (Hibernians); Steve Borg (Valletta), Jonathan Caruana (Valletta), Joseph Zerafa (Valletta); Karl Micallef (Hamrun Spartans); Zach Muscat (SC Olhanense, Portugall); Jurgen Pisani (Floriana).

    Midfielders: Triston Caruana (Hamrun Spartans); Juan Corbalan (Gzira Uni­ted); Paul Fenech (Balzan); Jake Grech (Hibernians), Dunstan Vella (Hibernians); Nikolai Muscat (Gzira Uni­ted); Rowen Muscat (Valletta); Brandon Paiber (Floriana).

    Attakkanti: Alfred Effiong (Balzan); Luke Gambin (Colchester United); Michael Mifsud (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta).

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0