Proġett immexxi bil-kollaborazzjoni tal-Malta Basketball Association u il-Malta Wheelchair Basketball Association
Il-Kumitat Olimpiku Malti b’kollaborazzjoni mal-Malta Basketball Association u l-Malta Wheelchair Basketball Association nieda kampanja biex jippromwovi 3x3 Basketball fl-iskejjel.
Dan il-proġett se jsir fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru.
L-għan ta’ din il-Kampanja, li hu parti mill-programm tal-Kumitat Olimpiku Malti għall-Isport ta' Kullħadd huwa li jippermetti lill-istudenti jiskopru, jitgħallmu u jifhmu dan l-isport emerġenti li se jkun parti mill-Olimpjadi f’Tokjo fl-2020, kif ukoll fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa, li ser jsiru f’Malta, fl-2023.
Coaches internazzjonali u kwalifikati se jkunu qed imexxu sessjonijiet ta’ prattika fuq courts li se jitwaqqfu apposta f’għadd ta’ skejjel li aċċettaw l-istedina tal-Kumitat Olimpiku Malti biex jagħmlu parti minn dan il-programm.
Waqt li tinħoloq esperjenza sportiva unika, l-istudenti ser jibbenefikaw ukoll mill-opportunità li jipprattikaw waħda mid-dixxiplini l-aktar ġodda tal-Isport Olimpiku. Il-programm inkluda wkoll 3x3 wheelchair basketball, li jippermetti lill-istudenti biex mhux biss jesperjenzaw dimensjoni totalment differenti tal-baskitbol iżda wkoll isiru aktar konxji tal-inklużjonifl-isports.
“Dan il-proġett ġie milqugħ tajjeb ferm. Ninsabu kuntenti ħafna bil-prospett li nagħtu esponiment għal dan l-isport il-ġdid. Is-sinerġija bejn il-Kumitat Olimpiku Malti, il-Malta Basketball u l-Malta Wheelchair Basketball Association, kienet tajba ħafna u din tawgura tajjeb għall-iżvilupp ta’ dan l-isport f’Malta”, qal David Azzopardi, Direttur tal-Finanzi u President tal-Kummissjoni Sports For All fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti .
Dan il-proġett ser jara it-3x3 Basketball introdott f’dawn l-iskejjel - St. Martin's College - Swatar, St. Elias College - Sta. Venera, Our Lady Immaculate School - Hamrun, Sacred Heart College, De La Salle College, St. Anton School - Mgarr, St. Joseph – Blata L-Bajda, St. Monica’s – Gzira, St. Aloysius College and St. George Preca Blata l-Bajda Middle School.
Dan il-proġett qed iseħħ bl-għajnuna tal-Olympic Solidarity
Għall-iktar informazzjoni, ikkuntattjaw lill-Kumitat Olimpiku Malta fuq email – admin@nocmalta.org.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.