36 kontejner maqbudin fil-Freeport “fl-akbar konsenja ta’ kontejners f’daqqa li qatt ġiet ikkonfiskata”

  • Nov 08, 2019 09:02
  • Miktub minn iNews
"

    Operazzjoni kbira mid-Dwana Maltija wasslet biex inqabdu 36 kontejner minn kunsinja ta’ 44 kontejner fil-Freeport.

    F’din l-operazzjoni, li għadha għaddejja, qed jieħdu sehem attiv Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Moniteraġġ tal-Kontejners (Containers’ Monitoring Unit), mit-Taqsima tal-Iscanning (Scanning Unit) u mit-Taqsima tal-Propjeta’ Intellettwali (Intellectual Property Rights Unit), fejn qiegħed jintuża l-iscanner sofistikat tad-Dwana. Qed jagħtu sehemhom ukoll f’din l-operazzjoni impjegati tal-Malta Freeport Terminals Ltd u membri tas-sigurta’ tal-Malta Freeport Corporation.

    Mill-konsenja ta’ 44 sħiħa, li l-maġġoranza tal-kontejners kienu ta’ daqs ta’ 45 pied u l-oħrajn ta’ daqs ta’ 40 pied, f’36 kontejner instab li kien qed jinġarr fihom eluf ta’ prodotti li jiksru l-Liġi tal-Propjeta’ Intellettwali. It-tmien kontejners l-oħra rriżultaw korretti. 

    Bit-tama li l-konsenjatur ta’ din il-konsenja kbira ta’ kontejners jinganna bid-Dwana, l-ewwel 20 pied mill-bieba ta’ kull kontejner kienu mimlija bi prodotti leċti bħala coverload, bil-prodotti illeċti moħbija warajhom. Importanti biex jinqabdu l-prodotti illeti kien l-iscanner tad-Dwna fil-Freport.

    Il-kontejners kollha oriġinaw minn pajjiż fl-Asja u kienu lkoll destinati għal pajjiż Afrikan.

    Tmien kontejners li tbattlu s’issa rriżulta li kien hemm prodotti foloz ta’ ditti rinomati:

    *   91,750 aċċessorji ta’ telefons ċellulari;
    *   46,863 biċċa ħwejjeg;
    *   43,915-il par żarbun sportiv;
    *   14,365 track suit;
    *   7,770 par żarbun; u
    *   750 game controllers.

    Id-Dwana Maltija tqis li din hi l-akbar konsenja ta’ kontejners f’daqqa li qatt ikkonfiskat u, l-fatt li fadal 28 kontejner x’jitbattlu, kollox jindika li l-ammonti ser jilħqu figura rekord. L-akbar konsenja maqbuda fil-passat kienet ta’ 15-il kontejner.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0