Il-Kampjonat tad-Drag Racing bejn l-14 u s-17 ta' dan ix-xahar

  • Nov 08, 2019 13:27
  • Miktub minn iNews
"

    Bejn l-14 u s-17 ta‘Novembru il-Malta Drag Racing Association se torganizza l-ħames u l-aħħar round tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing fit-trakka ta Ħal Far.

    Aktar minn 120 kompetitur inklużi sitt timijiet barranin se jkunu qed jikkompetu bil-karozzi, dragsters, u muturi tagħhom f’diversi klassijiet.

    Malta u l-Ġermanja se jkunu f’kompetizzjoni diretta fil-klassi Top Alcohol Dragster.

    Malta ser tkun rappreżentata mit-timijiet ta Mr Whippy u ta’Galletta, filwaqt li l-Ġermaniżi bagħtu t-team bl-isem ta’ Silvio Strauch,  li jismu Engine Gost  Dragracing Team.

    L-aktar taqtiegħa ħarxa u l-eqdem taqtiegħa se tkun ġejja mill-klassi Escort fejn karozzi metikolożament preparati, kważi identiċi fil-potenza tal-magna u l-piż tal-karozza kollox jiddependi mir-reazzjonijiet ta’malajr tas-sewwieqa kif fuq id-dawl u billi juża l-qawwa kollha disponibbli.

    Għal drab’oħra, Duncan Micallef bil-Casafini Top Alcohol Dragster jipprova jikser rekord li bih it-trakka Maltija tidħol ma dawk ta'taħt l-erba’sekondi.

    Kemm it-tribuna minn fejn wieħed jista'jsegwi t-tiġrijiet, u kemm il-paddock jipprovdu esperjenza unika għal kull min iżurhom. Fil-paddock wieħed jista' jara u jiltaqa'ma' mekkaniks, tekniċi, assistenti u sewwieqa nervuża jipreparaw il-karozzi u muturi tagħhom.

    Il-bibien għal-viżitaturi jinfetħu fl-10.00 am u l-ispettaklu jkun adattat għall-familja kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0