Ibrahimovic lura ma’ AC Milan?

  • Nov 09, 2019 00:34
  • Miktub minn iNews
"

    Aħbar li qed tiżviluppa f’dawn l-aħħar sigħat, tgħid li Zlatan Ibrahimovic huwa ferm viċin li jerġa’ jirritorna jilgħab ma’ AC Milan. Dan ħabbru l-kap eżekuttiv tal-Major League Soccer, Don Garber.

    Dan tal-aħħar tkellem personalment mal-player u qallu li probabbilment mhux se jkompli ma’ Los Angeles Galaxy, li ilu magħhom għal dawn l-aħħar sentejn.

    Garber qal li Ibrahimovic “ġennen” lil kulħadd bil-goals li skorja tant li kiser ir-rekord f’dan il-kampjonat.

    Fil-fatt huwa skorja 58 goal f’56 partita, medja ta’ goal f’kull logħba.

    Garber jinstema’ jgħid għal darba darbtejn li Milan se jkunu t-team il-ġdid tiegħu u dan kollu se jseħħ f’Jannar li ġej meta jiskadilu l-kuntratt mal-club Amerikan.

    Dan jista’ jkun ritorn għal Zlatan Ibrahimovic li għamel sentejn jilgħab mar-Rossoneri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0