Giacomo Bonaventura jista’ jitlaq lil Milan

  • Nov 09, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-relazzjoni bejn Milan u Giacomo Bonaventura tidher li se tintemm fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Wara li l-player ta’ 32 sena weġġa’ għal perjodu twil, qed jonqos milli jsib post mal-coach il-ġdid Stefano Pioli. Fil-fatt s’issa huwa deher erba’ darbiet mar-Rossoneri u b’kollox lagħab 113-il minuta.

    Jidher li d-diretturi tar-Rossoneri mhux beħsiebhom iġeddu l-kuntratt tal-istess Bonaventura li jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla. L-aġent tiegħu Mino Raiola ma kellu l-ebda taħditiet mar-rappreżentanti tal-club u jidher li lest jisma’ xi offerti minn clubs prospettivi.

    Bonaventura kien ingħaqad ma’ Milan fis-sena 2014 mingħand Atalanta għas-somma ta’ €7 miljun u minn dak iż-żmien ‘l hawn huwa lagħab 130 partita u skorja 27 goal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0